Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0283

    Kawża C-283/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) fit-23 ta’ Mejju 2016 – M. S. vs P. S.

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) fit-23 ta’ Mejju 2016 – M. S. vs P. S.

    (Kawża C-283/16)

    (2016/C 279/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: M. S.

    Konvenut: P. S.

    Domandi preliminari

    i.

    Meta kreditriċi ta’ manteniment tixtieq tikseb fi Stat Membru l-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja mogħtija favur tagħha fi Stat Membru ieħor, il-Kapitolu IV tar-[Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009 (1), tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (ĠU 2009, L 7, p. 1)] (“ir-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment”) jagħtiha d-dritt li tressaq talba għal eżekuzzjoni direttament quddiem l-awtorità kompetenti tal-Istat rikjest?

    ii.

    Jekk ir-risposta għad-domanda (i) tkun fl-affermattiv, il-Kapitolu IV tar-Regolament dwar l-obbligi ta’ manteniment għandu jiġi interpretat fis-sens li kull Stat Membru huwa obbligat li jipprevedi proċedura jew mekkaniżmu sabiex dan id-dritt ikun jista’ jiġi rrikonoxxut?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment; ĠU L 7, p. 1.


    Top