Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0185

    Kawża C-185/16 SA: Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-29 ta’ Marzu 2016 – Yukos Universal Ltd vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/15


    Talba għal awtorizzazzjoni ta’ eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ qbid imressqa fid-29 ta’ Marzu 2016 – Yukos Universal Ltd vs Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    (Kawża C-185/16 SA)

    (2016/C 175/17)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Yukos Universal Ltd (rappreżentant: H. Boularbah, avukat)

    Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

    Talbiet

    tordna lill-Bank Ewropew tal-Investiment jiddikjara l-kawżi, l-ammonti u l-modalitajiet tal-krediti li l-Federazzjoni Russa għandha kontrih;

    tawtorizza lill-Yukos Universal Ltd teżegwixxi mandat ta’ qbid kawtelatorju għal assi ta’ terzi miżmuma mill-Bank Ewropew tal-Investiment fir-rigward ta’ dawn il-krediti, u minn tal-inqas fuq is-sommom kollha dovuti, jew li ser ikunu dovuti, mill-Bank Ewropew tal-Investiment lill-Federazzjoni Russa fil-kwalità tiegħu ta’ emittur ta’ bonds sottoskritti mill-Federazzjoni Russa, u dan inkluż fuq l-interessi ġġenerati minn dawn il-bonds u r-rimbors tagħhom, skont il-modalitajiet stipulati fil-kuntratt(i) ta’ emmissjoni jew fil-prospett(i) inkwistjoni, u dan sal-ammont, f’kapital prinċipali u f’interessi, bla ħsara għal rivalorizzazzjoni fil-mori tal-kawża, ta’ EUR 1 690 886 892,20(l-ammont ta’ kreditu li Yukos Universal Ltd għandha fil-konfront tal-Federazzjoni Russa);

    f’kull każ, tikkundanna lill-Bank Ewropew tal-Investiment għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.


    Top