Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0175

    Kawża C-175/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeeus (il-Finlandja) fid- 29 ta’ Marzu 2016 – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeeus (il-Finlandja) fid- 29 ta’ Marzu 2016 – Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik vs SOS-Lapsikylä ry

    (Kawża C-175/16)

    (2016/C 191/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein oikeeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Hannele Hälvä, Sari Naukkarinen, Pirjo Paajanen, Satu Piik

    Konvenuta: SOS-Lapsikylä ry

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 17(1) tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jista’ jkopri xogħol f’dar tat-tfal, kif deskritt iktar ’il fuq, fejn il-ħaddiem li jissostitwixxi l-persuna li taġixxi bħala ġenitur għat-tfal li jieħu responsabbiltà għalihom matul il-leave tagħha jgħix ma’ dawn it-tfal f’ambjent tal-familja, u jieħu responsabbiltà, f’dan il-perijodu, b’mod awtonomu, għall-bżonnijiet tat-tfal u tal-familja b’mod simili bħallikieku kien ġenitur veru?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.


    Top