Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0168

    Kawża C-168/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro vs Crewlink Ltd

    ĠU C 191, 30.5.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 191/18


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Mons (il-Belġju) fil-25 ta’ Marzu 2016 – Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro vs Crewlink Ltd

    (Kawża C-168/16)

    (2016/C 191/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour du travail de Mons

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Sandra Nogueira, Victor Perez-Ortega, Virginie Mauguit, Maria Sanchez-Odogherty, José Sanchez-Navarro

    Konvenuta: Crewlink Ltd

    Domanda preliminari

    Meta jittieħdu inkunsiderazzjoni:

    r-rekwiżiti ta’ previdibbiltà ta’ soluzzjonijiet u ta’ ċertezza legali li wasslu għall-adozzjoni tar-regoli dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali kif stabbiliti mill-Konvenzjoni, tas-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972, L 299, p. 32) kif emendata bil-Konvenzjoni, tad-29 ta’ Novembru 1996, dwar l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja (ĠU 1997, L 15, p. 1) imsejħa l-“Konvenzjoni ta’ Brussell” kif ukoll mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000 dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-19 ta’ Lulju 2012, Mahamdia, C-154/11, punti 44 u 46),

    il-karatteristiċi partikolari tas-settur tal-avjazzjoni Ewropea li fih l-ekwipaġġ tal-ajru li jaħdem f’isem kumpannija tal-ajru li s-sede tagħha tinsab f’wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u li jitqiegħed għad-dispożizzjoni ta’ din il-kumpannija tal-ajru minn kumpannija oħra li s-sede tagħha hija stabbilita fi ħdan l-istess Stat, ekwipaġġ li ta’ kuljum itir fuq it-territorju tal-Unjoni Ewropea minn bażi ta’ residenza li tista’ tinsab, bħal f’dan il-każ, fi ħdan Stat Membru ieħor,

    karatteristiċi speċifiċi għal din it-tilwima kif deskritti fil-motivi ta’ din is-sentenza,

    il-kriterju dedott mill-kunċett ta’ “bażi ta’ residenza” (kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91) użat mir-Regolament Nru 883/2004 sabiex jiddetermina l-leġiżlazzjoni tas-sigurtà soċjali applikabbli għall-membri tal-ekwipaġġ ta’ tmexxija u tal-ekwipaġġ tal-kabina mit-28 ta’ Ġunju 2012,

    it-tagħlim dedott mill-ġurisprudenza żviluppata mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea skont is-sentenzi ċċitati fil-motivi ta’ din id-deċiżjoni,

    il-kunċett ta’ “post fejn l-impjegat abitwalment iwettaq ix-xogħol tiegħu” kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 44/2001, tat-22 Diċembru 2000, jista’ jiġi interpretat fis-sens li jista’ jiġi assimilat ma’ dak ta’ “bażi ta’ residenza” kif iddefinit fl-Anness III tar-Regolament (KEE) Nru 3922/91, tas-16 ta’ Diċembru 1991, bħala “[i]l-post nominat mill-operatur lill-membru ta’ l-ekwipaġġ li minnu l-membru ta’ l-ekwipaġġ normalment jibda’ u jispiċċa perjodu ta’ dmir jew sensiela ta’ perjodi ta’ dmir u fejn, taħt kundizzjonijiet normali, l-operatur mhux responabbli għall-akkomodazzjoni tal-membru ta’ l-ekwipaġġ konċernat” u dan għall-finijiet li jiġi ddeterminat l-Istat kontraenti (u, għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni tiegħu) li fit-territorju tiegħu l-ħaddiema jwettqu abitwalment il-ħidma tagħhom meta dawn il-ħaddiema, fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-ekwipaġġ tal-ajru, ikunu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ kumpannija suġġetta għad-dritt ta’ wieħed mill-pajjiżi tal-Unjoni li twettaq it-trasport internazzjonali bl-ajru ta’ passiġġieri fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea, peress li dan il-kriterju ta’ rabta, dedott mill-“bażi ta’ residenza” mifhuma bħala “ċentru effettiv tar-relazzjoni ta’ impjieg” sa fejn il-ħaddiema kollha jibdew u jtemmu b’mod sistematiku l-ġurnata tax-xogħol tagħhom f’dan il-post, billi hemmhekk jorganizzaw ix-xogħol tagħhom ta’ kuljum, u jkunu stabbilixxew fil-viċinanza tiegħu, matul il-perijodu ta’ relazzjonijiet kuntrattwali li fihom huma kienu tqiegħdu għad-dispożizzjoni ta’ din il-kumpannija tal-ajru, ir-residenza effettiva tagħhom, huwa dak il-kriterju li, fl-istess waqt, għandu l-eqreb rabtiet ma’ Stat kontraenti u jiżgura l-protezzjoni l-iktar adegwata għall-parti l-iktar dgħajfa fir-relazzjoni kuntrattwali?


    Top