EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0162

Kawża C-162/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo regionale per il Molise (L-Italia) fit-18 ta’ Marzu 2016 – Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl vs Comune di Monteroduni

ĠU C 200, 6.6.2016, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo regionale per il Molise (L-Italia) fit-18 ta’ Marzu 2016 – Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl vs Comune di Monteroduni

(Kawża C-162/16)

(2016/C 200/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo regionale per il Molise

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Spinosa Costruzioni Generali SpA, Melfi Srl

Konvenut: Comune di Monteroduni

Domanda preliminari

Prinċipji Komunitarji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u taċ-ċertezza legali, flimkien mal-prinċipji ta’ moviment liberu tal-merkanzija, ta’ libertà ta’ stabbiliment u ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif stabbilit fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), kif ukoll il-prinċipji li jirriżultaw minnhom, bħall-ugwaljanza fit-trattament, in-nondiskriminazzjoni, ir-rikonoxximent reċiproku, il-proporzjonalità u t-trasparenza, kif stabbilit (fl-aħħar nett) fid-Direttiva 2014/24 (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Taljana permezz tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 87(4), 86(3a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163 tal-2006 u l-Artikolu 26(6) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 81 tal-2008, kif interpretati mis-sentenzi Nru 3 u 9 tal-2015 mill-assemblea plenarja tal-Consiglio di Stato fil-funzjoni tiegħu ta’ interpretazzjoni uniformi tad-dritt, skont l-Artikolu 99 tal-kodiċi ta’ proċedura amministrattiva, skont liema n-nuqqas ta’ indikazzjoni separata tal-ispejjeż tas-sigurtà korporattiva fl-offerti ekonomiċi ta’ proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet jiddetermina fi kwalunkwe każ l-esklużjoni tal-impriża offerenti, anki meta l-obbligu ta’ indikazzjoni separata ma jkunx ġie speċifikat la mil-liġi li tirregola s-sejħiet għal offerti u lanqas fil-formola annessa li għandha timtela’ sabiex tiġi ppreżentata offerta, u wkoll irrispettivament miċ-ċirkustanza li, mill-aspett sostantiv, l-offerta tosserva l-ispejjeż minimi tas-sigurtà korporattiva.


(1)  Direttiva 2014/24/EU tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, p. 65).


Top