EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0122

Kawża C-122/16 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 minn British Airways plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11 – British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

ĠU C 191, 30.5.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

30.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 191/9


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Frar 2016 minn British Airways plc mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11 – British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-122/16 P)

(2016/C 191/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: British Airways plc (rappreżentanti: J. Turner QC, R. O’Donoghue, Barristers, A. Lyle-Smythe, Solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali sa fejn tillimita l-portata tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea għall-forma tal-ordni mfittxija mill-British Airways fir-rikors oriġinali tagħha għal annullament;

tannulla l-paragrafu 1 tal-parti operattiva tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni Ewropea fl-intier tagħha; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors British Airways plc qiegħda tfittex li tiġi annullata parzjalment id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2015 fil-Kawża T-48/11, British Airways plc vs Il-Kummissjoni Ewropea. Is-sentenza annullat parzjalment id-Deċiżjoni finali tal-Kummissjoni C(2010) 7694 fil-Każ COMP/39258 – Merkanzija bl-ajru, sa fejn tikkonċerna lil British Airways.

Insostenn tal-azzjoni, ir-rikorrenti tibbaża fuq żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi applikat il-kunċett ta’ ultra petita biex twaqqaf l-azzjonijiet tagħha anki meta l-Qorti Ġenerali kellha fil-mozzjoni tagħha sabet li kien hemm difetti fundamentali ta’ politika pubblika li vvizzjaw id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fl-intier tagħha. Billi qajmet il-kwistjoni tal-politika pubblika bħala l-mozzjoni tagħha, u billi ddeċidiet il-kawża quddiemha fuq dik il-bażi, il-Qorti Ġenerali ma tatx deċiżjoni ultra petita; għalhekk il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kkunsidrat lilha nnifisha bħala ristretta minn ultra petita meta kellha tiddiċiedi fuq il-konsegwenzi tad-deċiżjoni tagħha fil-parti operattiva tas-sentenza tagħha.

2.

It-tieni aggravju, li alternativament, anke jekk il-prinċipju ta’ ultra petita kien intuża, il-Qorti Ġenerali missha qalet li kienet, minkejja dan kollu, libera – saħansitra obbligata – li tannulla d-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha sabiex timplementa l-konklużjonijiet tagħha li kien hemm difett fid-deċiżjoni kkontestata li kisret id-dispożizzjonijiet superjuri tal-liġi, jiġifieri l-prinċipji ta’ legalità u ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva skont l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.


Top