EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0101

Kawża C-101/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fid-19 ta’ Frar 2016 – SC Paper Consult SRL vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

ĠU C 175, 17.5.2016, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.5.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Cluj (Ir-Rumanija) fid-19 ta’ Frar 2016 – SC Paper Consult SRL vs Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca, Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

(Kawża C-101/16)

(2016/C 175/09)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Paper Consult SRL

Konvenuti: Direcția Regională a Finanțelor Publice Cluj Napoca u Administrația Județeană a Finanțelor Publice Bistrița Năsăud

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2006/112/KE (1) tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifjuta d-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) lil persuna taxxabbli minħabba l-fatt li l-fornitur preċedenti, li ħareġ il-fattura li fuqha jinsabu indikati separatament l-ispiża u l-VAT, ġie ddikjarata inattiv mill-amministrazzjoni fiskali?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, id-Direttiva 2006/112/KE tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li huwa biżżejjed li tiġi ppubblikata l-lista tal-persuni taxxabbli ddikjarati inattivi fis-sede tal-aġenzija nazzjonali ta’ amministrazzjoni fiskali kif ukoll fuq il-paġna internet tal-imsemmija aġenzija, fis-sezzjoni “Informazzjoni pubblika – informazzjoni relatata mal-aġenti ekonomiċi”, sabiex ikun jista’ jiġi rrifjutat id-dritt għat-tnaqqis tal-VAT fiċ-ċirkustanzi tal-ewwel domanda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


Top