Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0097

    Kawża C-97/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social n° 3 de Barcelona (Spanja) fis-17 ta’ Frar 2016 – José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide S.L., Transportes Saripod S.L. u Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 29–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/29


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona (Spanja) fis-17 ta’ Frar 2016 – José María Pérez Retamero vs TNT Express Worldwide S.L., Transportes Saripod S.L. u Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    (Kawża C-97/16)

    (2016/C 156/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: José María Pérez Retamero

    Konvenuti: TNT Express Worldwide S.L., Transportes Saripod S.L. u Fondo de Garantía Salarial (Fogasa)

    Domandi preliminari

    1)

    Id-definizzjoni ta’ “ħaddiem mobbli” li tinsab fl-Artikolu 3(d) tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni legali interna bħall-Artikolu 1(3)(g) tal-Istatut tal-Ħaddiema, li jipprevedi li ma jistgħux jitqiesu “ħaddiema mobbli”“l-persuni li jipprovdu servizzi ta’ trasport koperti b’awtorizzazzjonijiet amministrattivi li għandhom, ipprovduti, […] bl-għajnuna ta’ vetturi […] li fir-rigward tagħhom [huma] għandhom il-proprjetà jew setgħa diretta ta’ dispożizzjoni, […]”?

    2)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(e) tad-Direttiva 2002/15/KE (“Għall-iskopijiet ta’ din id-Direttiva, dawk is-sewwieqa li ma jissodisfawx dawn il-kriterji għandhom ikunu suġġetti għall-istess obbligazzjonijiet u jibbenefikaw mill-istess drittijiet bħal dawk li hemm provvediment dwarhom għall-ħaddiema mobbli b’din id-Direttiva”) għandu jiġi interpretat fis-sens li jekk l-ebda kriterju ma jkun issodisfatt jew kriterju wieħed ikun issodisfatt għal persuna sabiex titqies “ħaddiem mobbli”, għandu jfisser li l-persuna kkonċernata hija “ħaddiem mobbli”?


    (1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/15/KE, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224).


    Top