Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0093

    Kawża C-93/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante, Sección octava (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, S.L.

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/28


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante, Sección octava (Spanja) fil-15 ta’ Frar 2016 – The Irish Dairy Board Co-operative Limited vs Tindale & Stanton Ltd España, S.L.

    (Kawża C-93/16)

    (2016/C 156/37)

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Audiencia Provincial de Alicante, Sección octava

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: The Irish Dairy Board Co-operative Limited

    Konvenuti: Tindale & Stanton Ltd España, SL

    Domandi preliminari

    1)

    Ġaladarba l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) jirrikjedi li jkun hemm probabbiltà ta’ konfużjoni sabiex il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja jkun jista’ jipprojbixxi lil terz l-użu ta’ sinjal fir-relazzjonijiet ekonomiċi mingħajr il-kunsens tiegħu, taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-istess regolament, dan l-artikolu jista’ jiġi interpretat f’sens li jippermetti l-esklużjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni meta t-trade mark Komunitarja preċedenti tkun ikkoeżistiet b’mod paċifiku, bit-tolleranza tal-proprjetarju, għal snin f’żewġ Stati Membri tal-Unjoni bi trade marks nazzjonali li jixxiebhu, b’tali mod li l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni f’dawn iż-żewġ Stati Membri tista’ tiġi estiża għal Stati Membri oħra, jew għall-Unjoni kollha, fid-dawl tat-trattament unitarju li timponi t-trade mark Komunitarja?

    2)

    Fiċ-ċirkustanza prevista fid-domanda preċedenti, huwa possibbli li jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi ġeografiċi, demografiċi, ekonomiċi jew ta’ natura oħra, tal-Istati li fihom irriżultat il-koeżistenza, għall-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni, b’tali mod li l-assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni fl-imsemmija Stati tkun tista’ tiġi estiża għal Stat Membru ieħor jew għall-Unjoni kollha?

    3)

    Fir-rigward taċ-ċirkustanza prevista fl-Artikolu 9(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-każ ta’ ċirkustanza li fiha t-trade mark preċedenti tkun ikkoeżistiet mas-sinjal kunfliġġenti matul numru speċifiku ta’ snin f’żewġ Stati Membri tal-Unjoni mingħajr oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark preċedenti, l-imsemmija tolleranza tal-proprjetarju fir-rigward tal-użu tas-sinjal sussegwenti f’dawn iż-żewġ Stati b’mod partikolari tista’ tiġi estiża għall-kumplament tat-territorju tal-Unjoni sabiex jiġi ddeterminat jekk ikunx sar użu b’raġuni valida ta’ sinjal sussegwenti mit-terzi, fid-dawl tat-trattament unitarju li timponi t-trade mark Komunitarja?


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


    Top