Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0078

    Kawża C-78/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Giovanni Pesce et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile et

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fl-10 ta’ Frar 2016 – Giovanni Pesce et vs Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile et

    (Kawża C-78/16)

    (2016/C 156/34)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Giovanni Pesce, Cosima Tomaselli, Angela Tomaselli

    Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri – Dipartimento della Protezione Civile, Commissario delegato OCDPC n. 225/2015, Ministero delle Politiche Agricole e Forestali, Regione Puglia

    Domandi preliminari

    1)

    Id-Direttiva 2000/29/KE (1), kif sussegwentement ikkompletata u emendata, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikoli 11(3), 13c(7), 16(1), (2), (3) u (5) kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ loġika u ta’ raġuni, jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789 (2), kif implementat fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali (ministeru tal-politika agrikola, tal-ikel u tal-foresti) sa fejn jimponi t-tneħħija immedjata, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni mill-organiżmu indikat, ta’ pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, u sa fejn jipprevedi simultanjament li qabel ma jitneħħew il-pjanti elenkati fil-paragrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu japplika t-trattamenti fitosanitarji xierqa kontra l-vetturi tal-organiżmu indikat għall-pjanti li jistgħu jabritaw dawn il-vetturi, liema trattamenti jistgħu jinkludu, fejn hemm lok, it-tneħħija tal-pjanti?

    2)

    Id-Direttiva 2000/29/KE, kif sussegwentement ikkomplementata u emendata, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 169(1) tagħha, bl-espressjoni “l-miżuri […] meħtieġa biex jeradika, jew jekk dan ikun impossibbli, inaqqas il-firxa ta’ l-organiżmi ta’ ħsara” tipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementat fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali sa fejn jipprovdi t-tneħħija immedjata tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni?

    3)

    L-Artikolu 16(1), (2), (3) u (5) tad-Direttiva 2000/29/KE kif ukoll il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ loġika u tal-osservanza ta’ regoli ta’ proċedura, jipprekludu interrpetazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementata fid-dritt Taljan permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali, fis-sens li l-miżura ta’ eradikazzjoni prevista fil-paragrafu 2 tista’ tiġi imposta qabel u indipendentement mill-applikazzjoni preventiva tad-dispożizzjonijiet previsti mill-paragrafi 3 u 4 tal-istess Artikolu 6?

    4)

    Il-prinċipji ta’ prekawzjoni, ta’ adegwatezza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2), (3) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, kif implementat fil-liġi Taljana permezz tal-Artikolu 8(2) u (4) tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali sa fejn timponi miżuri ta’ eradikazzjoni ta’ pjanti ospitanti, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li rriżulta li huma infettati mill-organiżmu “Xylella fastidiosa (Wells et al.)”, mingħajr ġustifikazzjoni xjentifika xierqa li tattesta b’ċertezza l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-preżenza tal-organiżmu u t-tnixxif tal-pjanti meqjusa bħala infettati?

    5)

    It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-Artikolu 41 tal-Karta [tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE] jipprekludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 6(2) u (4) tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789, sa fejn jipprovdi t-tneħħija immedjata tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, f’distanza ta’ 100 metru madwar il-pjanti li kienu s-suġġett ta’ analiżi li żvelat infezzjoni, sa fejn ma huwiex suffiċjentement motivat?

    6)

    Il-prinċipji ta’ adegwatezza u ta’ proporzjonalità jipprekludu l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/789 kif implementata fid-dritt Taljan permezz tad-Digriet tal-Ministero delle Politiche agrikola alimentari e forestali, li tipprevedi miżuri ta’ tneħħija tal-pjanti ospitanti, irrispettivament mill-istat sanitarju tagħhom, tal-pjanti li l-infezzjoni tagħhom mill-organiżmu speċifikat hija magħrufa u tal-pjanti li għandhom sintomi ta’ infezzjoni possibbilment mill-organiżmu “Xylella fastidiosa (Wells et al.)”, jew li huma ssuspettati li huma infettati minn dan l-organiżmu, mingħajr ma tipprevedi ebda forma ta’ kumpens favur proprjetarji mhux responsabbli għat-tixrid tal-organiżmu inkwistjoni?


    (1)  Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE, tat-8 ta’ Mejju 2000, dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni ġewwa l-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 258)

    (2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/789, tat-18 ta’ Mejju 2015, fir-rigward ta’ miżuri li jipprevjenu l-introduzzjoni u t-tixrid fl-Unjoni tal-Xylella fastidiosa (Wells et al) (ĠU L 125, p. 36).


    Top