Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0064

    Kawża C-64/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-5 ta’ Frar 2016 – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 23–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/23


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-5 ta’ Frar 2016 – Associação Sindical dos Juízes Portugueses vs Tribunal de Contas

    (Kawża C-64/16)

    (2016/C 156/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Qorti tar-rinviju

    Supremo Tribunal Administrativo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Associação Sindical dos Juízes Portugueses

    Konvenut: Tribunal de Contas

    Domanda preliminari

    Fid-dawl tal-ħtiġijiet ta’ eliminazzjoni tad-defiċit baġitarju eċċessiv, u tal-assistenza finanzjarja rregolata bid-dispożizzjonijiet Ewropej, il-prinċipju ta’ indipendenza ġudizzjarja, hekk kif jirriżulta mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 19(1) TUE, mill-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Europea, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-miżuri ta’ tnaqqis fir-remunerazzjoni li għalih huma suġġetti l-membri tal-ġudikatura fil-Portugall, fil-każ ta’ impożizzjoni unilaterali minn awtoritajiet jew korpi kostituzzjonali oħra u b’mod kontinwu, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 2 tal-Liġi Nru 75/2014 tat-12 ta’ Settembru?


    (1)  ĠU C 326, p. 391.


    Top