This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CN0058
Case C-58/16: Action brought on 1 February 2016 — European Commission v Federal Republic of Germany
Kawża C-58/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Kawża C-58/16: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
ĠU C 118, 4.4.2016, p. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.4.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 118/13 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Frar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
(Kawża C-58/16)
(2016/C 118/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u L. Nicolae, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja, billi naqset milli tiggarantixxi, fir-rigward tal-portijiet kollha tal-Land Nordrhein Westfalen, li jiġu ddefiniti l-konfini tal-port u li jiġu approvati l-valutazzjonijiet ta’ sigurtà tal-port, kif ukoll uffiċjal ta’ sigurtà, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(3), 6, 7 u 9 tad-Direttiva 2005/65/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ottubru 2005, dwar it-titjib tas-sigurtà fil-portijiet; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Taħt l-Artikolu 6 tad-Direttiva 2005/65/KE, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, għal kull port li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, li titwettaq valutazzjoni ta’ sigurtà u li din tiġi approvata mill-Istat Membru kkonċernat. Din il-valutazzjoni ta’ sigurtà, skont l-Anness I tad-direttiva, għandha tinkludi l-individwazzjoni taż-żoni kollha rilevanti għas-sigurtà tal-port, b’mod partikolari l-konfini tal-port.
Skont l-Artikolu 2(3), l-Istati Membri għandhom jindividwaw il-konfini ta’ kull port, huma u jieħdu debitament inkunsiderazzjoni l-informazzjoni li tinsab fil-valutazzjoni tas-sigurtà tal-port. Il-paragrafu 4 jirrigwarda l-każ li fih il-konfini ta’ impjant portwali fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 725/2004 (2) jinkludu l-port kollu.
Mill-ispezzjoni mwettqa fl-2013 ħareġ li ma twettqux il-valutazzjonijiet ta’ sigurtà almenu għal 11 mill-portijiet tal-Land Nordrhein Westfalen suġġetti għad-Direttiva 2005/65/KE. Mill-iskambji suċċessivi ta‘ korrispondenza jirriżulta li din is-sitwazzjoni baqgħet ma nbidlitx.
Għal almenu l-istess numru ta’ portijiet imsemmija hawn fuq, lanqas ma ġew iddefiniti l-konfini relattivi, peress li din id-definizzjoni tibbaża ruħha min-naħa tagħha fuq il-valutazzjoni ta’ sigurtà, kif indikat hawn fuq.
Konsegwentwmwnt, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikoli 2(3) u 6 tad-Direttiva 2005/65/KE.
Skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/65/KE, l-Istati Membri għandhom jiggarantixxu, għal kull port li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva, li jitfassal pjan ta’ sigurtà u li dan tal-aħħar jiġi approvat mill-Istat Membru kkonċernat.
L-awtoritajiet Ġermaniżi, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Awwissu 2013, irrikonoxxew il-fatt li għal 11-il port li jinsab fil-Land Nordrhein Westfalen suġġett għad-direttiva, ma tfassal l-ebda pjan ta’ sigurtà. Mill-iskambji ta’ korrispondenza suċċessiva jirriżulta li din is-sitwazzjoni ma nbidlitx.
Konsegwentement, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2005/65/KE.
Fuq il-bażi tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/65/KE, għal kull port ikkontemplat minn din tal-aħħar, għandu jiġi approvat uffiċjal tas-sigurtà tal-port.
L-awtoritajiet Ġermaniżi, fl-ittra tagħhom tal-21 ta’ Awwissu 2013, irrikonoxxew il-fatt li, fir-rigward ta’ diversi portijiet li jinsabu fil-Land Nordrhein Westfalen li huma suġġetti għad-direttiva, l-ebda wieħed minn dawn l-uffiċjali ma ġie approvat. Mill-iskambji ta’ korrispondenza suċċessiva jirriżulta li din is-sitwazzjoni ma nbidlitx.
Għaldaqstant, huwa paċifiku li l-Ġermanja ma applikatx korrettament l-Artikolu 9 tad-Direttiva 2005/65/KE.