Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CN0040

    Kawża C-40/16: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Irene Uhden vs KLM Royal Dutch Airlines NV

    ĠU C 175, 17.5.2016, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 175/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Jannar 2016 – Irene Uhden vs KLM Royal Dutch Airlines NV

    (Kawża C-40/16)

    (2016/C 175/03)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landgericht Hamburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Irene Uhden

    Konvenuta: KLM Royal Dutch Airlines NV

    Domanda preliminari

    It-tieni sentenza tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “distanza” jkopri biss id-distanza diretta bejn il-post tat-tluq u l-aħħar destinazzjoni, u dan, indipendentement mid-distanza tat-titjira effettivament koperta f’każ speċifiku?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


    Top