This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62016CJ0129
Judgment of the Court (Second Chamber) of 13 July 2017.#Túrkevei Tejtermelő Kft. v Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség.#Request for a preliminary ruling from the Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.#Reference for a preliminary ruling — Environment — Articles 191 and 193 TFEU — Directive 2004/35/EC — Applicability ratione materiae — Air pollution caused by illegal waste incineration — Polluter-pays principle — National legislation establishing joint liability between the owner of the land on which the pollution occurred and the polluter.#Case C-129/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017.
Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Artikoli 191 u 193 TFUE – Direttiva 2004/35/KE – Applikabbiltà ratione materiae – Tniġġis tal-arja minħabba inċinerazzjoni illegali ta’ skart – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum tal-proprjetarju tal-art li fuqha seħħ it-tniġġis u ta’ min iniġġes.
Kawża C-129/16.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Lulju 2017.
Túrkevei Tejtermelő Kft. vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség.
Talba għal deċiżjoni preliminari, imressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Artikoli 191 u 193 TFUE – Direttiva 2004/35/KE – Applikabbiltà ratione materiae – Tniġġis tal-arja minħabba inċinerazzjoni illegali ta’ skart – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum tal-proprjetarju tal-art li fuqha seħħ it-tniġġis u ta’ min iniġġes.
Kawża C-129/16.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2017:547
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla)
13 ta’ Lulju 2017 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ambjent – Artikoli 191 u 193 TFUE – Direttiva 2004/35/KE – Applikabbiltà ratione materiae – Tniġġis tal-arja minħabba inċinerazzjoni illegali ta’ skart – Prinċipju ta’ min iniġġes iħallas – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi responsabbiltà in solidum tal-proprjetarju tal-art li fuqha seħħ it-tniġġis u ta’ min iniġġes
Fil-Kawża C‑129/16,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mis-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u industrijali ta’ Szolnok, l-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-18 ta’ Frar 2016, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-1 ta’ Marzu 2016, fil-proċedura
Túrkevei Tejtermelő Kft.
vs
Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),
komposta minn M. Ilešič, President tal-Awla, A. Prechal, A. Rosas, C. Toader (Relatur) u E Jarašiūnas, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Kokott
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
– |
għal Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség, minn Z. Szurovecz u L. Búsi, bħala aġenti, |
– |
għall-Gvern Ungeriż, minn M.Z. Fehér u G. Koós kif ukoll minn A.M Pálfy, bħala aġenti, |
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn E. White u A. Tokár, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tas-16 ta’ Frar 2017,
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 191 u 193 TFUE kif ukoll tad-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357). |
2 |
Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn Túrkevei Tejtermelő Kft. (iktar ’il quddiem “TTK”) u l-Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség (spettorat ġenerali nazzjonali għall-protezzjoni tal-ambjent u n-natura, l-Ungerija, iktar ’il-quddiem l-“ispettorat”) dwar multa imposta fuq TTK wara inċinerazzjoni illegali ta’ skart li seħħet fuq art proprjetà tagħha u li wasslet għal tniġġis tal-arja. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
Id-Direttiva 2004/35 ġiet adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 175(1) KE, li sar l-Artikolu 192(1) TFUE, u li jipprevedi l-proċeduri għall-adozzjoni mill-Unjoni Ewropea ta’ leġiżlazzjonijiet sabiex jitwettqu l-għanijiet fil-qasam tal-ambjent imsemmija fl-Artikolu 191(1) TFUE. |
4 |
Il-premessi 1, 2, 4, 13, 18, 20 u 24 tad-Direttiva 2004/35 huma fformulati kif ġej:
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]
[…]” |
5 |
Konformement mal-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2004/35 tistabbilixxi qafas ta’ responsabbiltà ambjentali bbażat fuq il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, għall-prevenzjoni u għar-rimedju tad-dannu ambjentali. |
6 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin: “Għal l-iskop ta’ din id-Direttiva t-tifsiriet li ġejjin għandhom jgħoddu:
[…]
[…]
[…]” |
7 |
L-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva, intitolat “L-Iskop”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu: “Din id-Direttiva għandha tgħodd għall-:
|
8 |
Skont l-Artikolu 4(5) tal-istess direttiva, din “għandha tgħodd biss għal danni ambjentali jew periklu iminenti ta’ danni ambjentali kkawżati minn tniġġies ta’ natura mifruxa, meta l-katina tal-kawżazzjoni bejn id-danni u l-attivitajiet ta’ l-operatur individwali tista’ tiġI stabbilita”. |
9 |
L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/35, intitolat “Mezz ta’ prevenzjoni”, jaqra kif ġej: “1. Meta d-danni ambjentali għandhom ma seħħewx imam [imma] hemm periklu iminenti ta’ l-imsemmija danni jseħħu, l-operatur għandu, mingħajr dewmien, jieħu l-miżuri ta’ prevenzjoni neċessarji. […] 3. L-awtorità kompetenti tista’, f’kull ħin: […]
[…]
4. L-awtorità kompetenti għandha titlob li l-miżuri ta’ prevenzjoni jittieħdu mil l-operatur. Jekk l-operatur jonqos li jħares l-obligi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 3(b) jew (c), ma jistax ikun identifikat jew mhux obligat skond din-id-Direttiva li jbati l-ispejjeż, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu l-miżuri hi stess.” |
10 |
L-Artikolu 6 ta’ din id-direttiva, intitolat “Azzjoni ta’ Rimedju”, jipprevedi: “1. Meta d-danni ambjentali fil-fatt seħħew l-operatur għandu, mingħajr dewmien, jinforma l-awtorità kompetenti dwar kull aspett relevanti tas-sitwazzjoni u jieħu:
2. L-awtorità kompetenti tista’, f’kull ħin:
[…]
3. L-awtorità kompetenti għandha titlob li l-miżuri ta’ rimedju jittieħdu mil l-operatur. Jekk l-operatur jonqos li jħares l-obliggi stabbiliti fil-paragrafu 1 jew 2(b), (ċ) […] ma jistax jiġi identifikat jew mhux meħtieġ jbati l-ispejjeż skond din id-Direttiva, l-awtorità kompetenti tista’ tieħu l-miżuri hi stess, meta jkun falla kull tentattiv ieħor.” |
11 |
L-Artikolu 8(1) u (3) tal-imsemmija direttiva jipprovdi: “1. L-operatur għandu jbati l-ispejjeż għal l-azzjoni ta’ prevenzjoni u rimedju li ittieħdu skond din id-Direttiva. […] 3. L-operatur m’għandux ikun mitlub jbati l-ispejjeż tal-miżuri ta’ prevenzjoni jew rimedju mwettqa skond din id-Direttiva meta jista’ juri li d-danni ambjentali jew il-periklu iminenti ta’ danni ambjentali:
F’dawn il-każijiet L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jgħinu lil l-operatur jirkupra l-ispejjeż li nefaq.” |
12 |
L-Artikolu 11(2) u (3) tal-istess direttiva huwa fformulat kif ġej: “2. L-obbligu li jkun stabbilit liema operatur ikkawża d-danni jew periklu iminenti ta’ danni, li ssir stima tas-sinjifikanza tad-danni u li jkun stabbilit liema miżuri ta’ rimedju għandhom jittieħdu b’referenza għal l-Anness II huwa ta’ l-awtorità kompetenti. […] 3. L-Istati Membri għandhom jassiguraw li l-awtorità kompetenti tista’ tagħti l-poter jew titlob lill-parti terzi jwettqu l-miżuri neċessarji ta’ prevenzjoni u rimedju.” |
13 |
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35, intitolat “Ir-relazzjoni mal-liġ[i] nazzjonali”, jippreċiża fil-paragrafu 1 tiegħu li din id-direttiva “m’għandhiex iżżomm lil L-Istati Membri milli jżżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju tad-danni ambjentali, li jinkludi l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet oħra li jistgħu jkunu soġġetti għar-rekwiżiti ta’ prevenzjoni u rimedju ta’ din id-Direttiva u l-identifikazzjoni ta’ partijiet responsabbli oħra”. |
14 |
L-Anness III tal-imsemmija direttiva jelenka tnax-il attivitajiet meqjusa mil-leġiżlatur tal-Unjoni bħala perikolużi fis-sens tal-Artikolu 3(1) tagħha. Dawn l-attivitajiet ikopru b’mod partikolari operazzjonijiet ta’ ġestjoni tal-iskart suġġetti għal permess jew għal reġistrazzjoni skont l-atti tal-Unjoni fil-qasam. |
Id-dritt Ungeriż
Il-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent
15 |
Id-dispożizzjonijiet ta’ din il-liġi ġew adottati sabiex jittrasponu d-Direttiva 2004/35 fl-ordinament ġuridiku Ungeriż. |
16 |
L-Artikolu 4 tal-környezet védelmének általános szabályairól szóló 1995. évi LIII. törvény (Liġi nru LIII tal-1995 dwar regoli ġenerali fil-qasam tal-protezzjoni tal-ambjent, iktar ’il quddiem il-“liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent”), jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin: “1. ‘kompartiment ambjentali’, l-art, l-arja, l-ilma, il-fawna u l-flora, l-ambjent kostruwit mill-bniedem (artifiċjali), kif ukoll il-komponenti tagħhom; […] 10. ‘tqegħid fil-perikolu tal-ambjent’: it-theddida diretta li ssir ħsara ambjentali; […] 12. ‘degradazzjoni tal-ambjent’: azzjoni jew nuqqas ta’ azzjoni li jikkawżaw ħsara ambjentali; 13. ‘dannu ambjentali’: modifika sinjifikattiva u miżurabbli negattiva tal-ambjent jew ta’ kompartiment ambjentali, jew deterjorament sinjifikattiv u miżurabbli ta’ servizz marbut ma’ kompartiment ambjentali, li jista’ jseħħ b’mod dirett jew indirett; […]” |
17 |
L-Artikolu 101(1) ta’ din il-liġi jipprevedi: “L-utent tal-ambjent għandu jkollu r-responsabbiltà legali fid-dritt kriminali, fid-dritt ċivili u fid-dritt amministrattiv, skond il-modalitajiet iddefiniti minn din il-liġi u r-regolamenti l-oħra, għall-effetti eżerċitati mill-attività tiegħu fuq l-ambjent. […]” |
18 |
Konformement mal-Artikolu 102(1) tal-imsemmija liġi, ir-responsabbiltà għal dannu ambjentali jew għal perikolu ambjentali għandha tiġi sostnuta konġuntament u in solidum, sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, mill-proprjetarju u mill-possessur (utent) tal-art li fuqha jkun sar id-dannu ambjentali jew li fuqha tkun twettqet l-attività ta’ perikolu għall-ambjent, mill-mument li fih ikun immaterjalizza d-dannu jew il-perikolu ambjentali. Skont il-paragrafu 2 tal-istess artikolu, il-proprjetarju jinħeles mir-responsabbiltà konġunta u in solidum jekk jidentifika l-utent effettiv tal-art u jipproduċi prova inekwivoka li huwa ma huwiex responsabbli. |
19 |
L-Artikolu 106 tal-istess liġi jipprovdi: “1) Kull min jikser direttament jew indirettament dispożizzjoni intiża li tipproteġi l-ambjent stabbilita minn leġiżlazzjoni, deċiżjoni amministrattiva jew att legali Komunitarju direttament applikabbli, jew jeċċedi l-limiti rilevanti stabbiliti, għandu jħallas multa fil-qasam ambjentali adattata għall-gravità tal-aġir tal-ksur, u għalhekk b’mod partikolari, għall-portata, għat-tul u għan-natura ripetuta tat-tniġġis ambjentali jew tal-ħsara ambjentali li huwa responsabbli għaliha. 2) Il-multa ambjentali għandha titħallas flimkien mal-kontribuzzjoni għall-użu tar-riżorsi ambjentali u mal-ħlas dovut għall-piż fuq l-ambjent. […]” |
Id-Digriet tal-Gvern dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja
20 |
Il-punt 29 tal-Artikolu 2 tal-Levegő védelméről szóló 306/2010 (XII.23.) Korm. rendelet (Digriet tal-Gvern Nru 306/2010 (XII 23) dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja) jikkwalifika bħala “rekwiżit fil-qasam tal-protezzjoni tal-kwalità tal-arja” kull dispożizzjoni jew projbizzjoni, stabbilita b’leġiżlazzjoni jew deċiżjoni tal-awtorità li hija intiża sabiex tipprevjeni jew tnaqqas it-tniġġis tal-arja. |
21 |
Skont l-Artikolu 27(2) ta’ dan id-digriet, l-inċinerazzjoni tal-iskart fil-beraħ jew f’impjanti li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet legali li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għall-inċinerazzjoni tal-iskart, hija pprojbita; għajr l-inċinerazzjoni tal-iskart tal-karti li jirriżulta minn djar privati jew l-inċinerazzjoni ta’ skart tal-injam mhux ittrattat u kklassifikat bħala mhux perikoluż f’impjanti domestiċi. Ikun hemm inċinerazzjoni tal-iskart fil-beraħ ladarba l-iskart jieħu n-nar, irrispettivament mir-raġunijiet għalfejn dan iseħħ, bl-eċċezzjoni ta’ kawżi naturali. |
22 |
Konformement mal-Artikolu 34(1) tal-imsemmi digriet, l-awtorità għall-protezzjoni tal-ambjent għandha timponi multa intiża għall-protezzjoni tal-kwalità tal-arja fuq persuna fiżika jew ġuridika jew fuq l-organizzazzjoni mingħajr personalità ġuridika, li tkun kisret id-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tal-kwalità tal-arja, u fl-istess waqt timponilha l-obbligu li ttemm l-attività illegali jew in-nuqqas ta’ azzjoni. |
23 |
Mill-paragrafu 3 tal-istess artikolu jirriżulta li meta hija timponi multa, l-awtorità għall-protezzjoni tal-ambjent għandha tieħu inkunsiderazzjoni, l-ewwel nett, iċ-ċirkustanzi tan-nuqqas; it-tieni nett, il-gravità tan-nuqqas tat-twettiq tal-obbligi u, it-tielet nett, it-tul u r-repetizzjoni tan-nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi. |
24 |
Il-punt 20 tal-Anness 9 tal-istess digriet jipprevedi r-rata tal-multi “għan-nuqqas ta’ prevenzjoni tal-awtokombustjoni jew tal-ħruq ta’ depożiti ta’ skart jew ta’ materjal, jew għan-nuqqas li jsir dak li huwa neċessarju sabiex tali ħruq jintemm (għal kwantitajiet ikbar minn 10 m3)” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
25 |
Fit-2 ta’ Lulju 2014, l-awtorità tal-ewwel istanza kompetenti għall-protezzjoni tal-ambjent ġiet informata li kien ġie inċinerat skart fuq art proprjetà ta’ TTK, li tinsab f’Túrkeve (l-Ungerija). |
26 |
Skont ir-rapport imħejji matul l-ispezzjoni mwettqa minn din l-awtorità, 30 m3 sa 40 m3 ta’ skart, b’mod partikolari metalliku, ġie inċinerat f’kull wieħed mit-tliet unitajiet ta’ ħażna u tliet trakkijiet, preżenti fuq is-sit, kienu lesti sabiex jittrasportaw l-iskart metalliku li kien fadal wara l-inċinerazzjoni. |
27 |
TTK iddikjarat lill-awtorità msemmija li kienet kriet din l-art lil persuna fiżika fil-15 ta’ Marzu 2014. Madankollu, kien jidher li din tal-aħħar mietet fl-1 ta’ April 2014. |
28 |
L-awtorità tal-ewwel istanza għall-protezzjoni tal-ambjent iddeċidiet li timponi fuq TTK, fil-kwalità tagħha ta’ proprjetarja tal-art, multa ta’ 500000 fjorint Ungeriż (HUF) (madwar EUR 1630) minħabba n-nuqqas ta’ osservanza tad-dispożizzjonijiet tad-Digriet tal-Gvern Nru 306/2010. |
29 |
TTK ikkontestat din il-multa quddiem l-istess awtorità, li ċaħdet l-ilment tagħha. Din iċ-ċaħda ġiet ikkonfermata mill-ispettorat. |
30 |
Fid-deċiżjoni amministrattiva ta’ ċaħda, l-ispettorat qies li l-inċinerazzjoni tal-iskart fil-beraħ kien ipprovoka perikolu ambjentali. Madankollu, skont il-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent, il-proprjetarju u l-pussessur tal-proprjetà immobbli kkonċernata fil-mument tal-fatti għandhom jitqiesu li huma responsabbli konġuntament u in solidum, sakemm il-proprjetarju ma jipproduċix prova, li ma tħalli l-ebda dubju raġonevoli, li ma jistax jinżamm responsabbli. Peress li l-kerrej tal-art kien miet, l-awtorità tal-ewwel istanza għall-protezzjoni tal-ambjent ġustament iddeċidiet li TTK kellha tinżamm responsabbli. |
31 |
TTK ippreżentat rikors kontra d-deċiżjoni tal-ispettorat quddiem il-qorti tar-rinviju, is-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u industrijali ta’ Szolnok, l-Ungerija). |
32 |
Skont il-qorti tar-rinviju, il-multa fil-qasam tat-tniġġis tal-arja, minħabba l-għan sanzjonabbli tagħha, ma kinitx taqa’ taħt “miżuri ta’ rimedju” ddefiniti fl-Artikolu 2(11) tad-Direttiva 2004/35. Madankollu, din il-qorti tirrileva li l-Artikolu 16 ta’ din id-direttiva jipprevedi, konformement mal-Artikolu 193 TFUE, il-possibbiltà għall-Istati Membri li jadottaw miżuri iktar stretti għall-prevenzjoni u għar-rimedju ta’ dannu ambjentali. |
33 |
Filwaqt li tagħmel riferiment għall-punt 54 tas-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et (C‑534/13, EU:C:2015:140), il-qorti tar-rinviju tfakkar li l-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà ambjentali implementat mid-Direttiva 2004/35 jeħtieġ, sabiex jaħdem, li l-awtorità kompetenti tistabbilixxi rabta kawżali bejn l-attività ta’ operatur wieħed jew iktar identifikabbli u d-dannu ambjentali konkret u kwantifikabbli għall-impożizzjoni ta’ miżuri ta’ rimedju fuq dan l-operatur jew dawn l-operaturi, irrispettivament mit-tip ta’ tniġġis ikkawżat. Madankollu, f’dan il-każ, ir-rabta kawżali stabbilita mill-awtorità bejn l-attività ta’ TTK u d-dannu ambjentali hija nieqsa. Għalhekk, skont din il-qorti ma hemm l-ebda bażi legali għall-impożizzjoni ta’ multa amministrattiva fuq il-proprjetarju tal-art. |
34 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, is-Szolnoki Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (qorti amministrattiva u industrijali ta’ Szolnok, l-Ungerija), iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq l-ewwel domanda
35 |
Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35 moqrija fid-dawl tal-Artikoli 191 u 193 TFUE, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tidentifika, minbarra l-operaturi tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali, kategorija oħra ta’ persuni responsabbli in solidum għal tali dannu ambjentali, jiġifieri l-proprjetarji tal-artijiet, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-imsemmija proprjetarji u t-tniġġis ikkonstatat. |
Fuq l-applikabbiltà tal-Artikolu 191(2) TFUE
36 |
Preliminarjament, għandu jitfakkar li l-Artikolu 191(2) TFUE jipprovdi li l-politika tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent taspira għal livell għoli ta’ protezzjoni u hija bbażata, b’mod partikolari, fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas. Għalhekk, din id-dispożizzjoni tillimita ruħha li tiddefinixxi l-għanijiet ġenerali tal-Unjoni fil-qasam tal-ambjent sa fejn l-Artikolu 192 TFUE jagħti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, meta jkunu qiegħdin jiddeċiedu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, is-setgħa li jiddeċiedu liema azzjoni għandha tittieħed sabiex jitwettqu dawn l-għanijiet (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 39 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
37 |
Konsegwentement, peress li l-Artikolu 191(2) TFUE, li jinkludi l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, japplika għall-azzjoni tal-Unjoni, din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata bħala tali minn individwi bl-iskop li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal ma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-qasam tal-politika ambjentali, meta ma tkun applikabbli ebda leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata abbażi tal-Artikolu 192 TFUE li tkopri speċifikament is-sitwazzjoni kkonċernata (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et, C‑379/08 u C‑380/08, EU:C:2010:127, punt 39, kif ukoll tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 40 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
38 |
Minn dan isegwi li l-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas stabbilit fl-Artikolu 191(2) TFUE ma jistax jiġi invokat minn TTK ħlief sa fejn is-sitwazzjoni kkonċernata fil-kawża prinċipali hija speċifikament koperta minn leġiżlazzjoni tal-Unjoni adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 192 TFUE. |
Fuq l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/35
39 |
Bla ħsara għall-kwistjoni, mhux imqajma minn dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari, dwar jekk leġiżlazzjoni tal-Unjoni minbarra d-Direttiva 2004/35 bħal ma hija d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti direttivi (ĠU 2008, L 312, p. 3) tkoprix sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, hemm lok, b’kunsiderazzjoni għall-fatt li jirriżulta mill-proċess sottomess lill-Qorti tal-Ġustizzja li l-kawża prinċipali tikkonċerna tniggis tal-ajru, li tiġi indirizzata l-applikabbiltà tad-Direttiva 2004/35. |
40 |
Il-punt 1 tal-Artikolu 2 tal-imsemmija direttiva jiddefinixxi “dann[u] ambjentali” bħala dannu kkważat lill-ispeċi u lill-habitats naturali protetti jew dannu li jaffettwa l-ilmijiet jew l-art. |
41 |
Minn dan jirriżulta li t-tniġġis tal-arja ma jikkostitwixxix dannu ambjentali kopert bid-Direttiva 2004/35. |
42 |
Madankollu, il-premessa 4 ta’ din id-direttiva tispeċifika li d-dannu ambjentali jinkludi wkoll dannu kkawżat minn elementi preżenti fl-arja, sa fejn jistgħu jikkawżaw dannu lill-ilma, lill-art jew lill-ispeċi u habitats naturali protetti. |
43 |
Skont l-Artikolu 267 TFUE, li huwa bbażat fuq separazzjoni netta tal-funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, din tal-aħħar biss għandha l-ġurisdizzjoni li tiddeċiedi fuq l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ test tad-dritt tal-Unjoni, billi tibbaża ruħha fuq il-fatti li jkunu indikati lilha mill-qorti nazzjonali. Isegwi li, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita mill-imsemmi artikolu, ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, iżda l-qorti nazzjonali li għandha tapplika r-regoli tad-dritt tal-Unjoni għal miżuri jew għal sitwazzjoni nazzjonali, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et, C‑379/08 u C‑380/08, EU:C:2010:127, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
44 |
Għalhekk hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, abbażi tal-fatti li hija biss tista’ tevalwa, jekk, fil-kawża prinċipali, it-tniġġis tal-arja setax jikkawża tali dannu jew it-theddid imminenti ta’ tali dannu, b’tali mod li hemm lok li jiġu adottati miżuri preventivi jew remedjali, fis-sens tad-Direttiva 2004/35. |
45 |
Li kieku din il-qorti kellha tasal għal konklużjoni li dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża, hija jkollha tqis li t-tniġġis inkwistjoni f’dan il-każ ma jaqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35, u din is-sitwazzjoni, għalhekk, taqa’ taħt id-dritt nazzjonali, b’osservanza tar-regoli tat-Trattati UE u FUE u bla ħsara għal atti legali sekondarji oħra (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
46 |
Min-naħa l-oħra, li kieku l-qorti tar-rinviju tiddeċiedi li t-tniġġis tal-arja fil-kawża prinċipali wkoll ikkawża d-dannu jew it-theddida imminenti ta’ tali dannu tal-ilmijiet, tal-art jew tal-ispeċi u tal-habitats naturali protetti, tali tniġġis tal-arja ikun jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35. |
Fuq il-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà ambjentali
47 |
Għandu jitfakkar li, skont l-ewwel Artikolu tagħha, id-Direttiva 2004/35 għandha bħala għan li tistabbilixxi qafas ta’ responsabbiltà ambjentali bbażata fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, għall-prevenzjoni u għar-rimedju tad-dannu ambjentali. Fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà ambjentali previst minn din id-direttiva, ibbażat fuq livell għoli ta’ protezzjoni ambjentali u fuq il-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas, l-operaturi huma suġġetti għal obbligi kemm ta’ prevenzjoni kif ukoll ta’ rimedju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et, C‑379/08 u C‑380/08, EU:C:2010:127, punti 75 u 76). |
48 |
Hekk kif jirriżulta mill-Artikoli 4(5) u 11(2) tad-Direttiva 2004/35, moqrija flimkien mal-premessa 13 tagħha, il-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà ambjentali previst minn din id-direttiva jeħtieġ li rabta kawżali tkun stabbilita mill-awtorità kompetenti bejn l-attività ta’ operatur wieħed jew iktar identifikabbli u d-dannu ambjentali jew it-theddida imminenti ta’ tali dannu (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 54 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
49 |
Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 3(1)(a) tal-imsemmija direttiva, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li l-obbligu, għall-awtorità kompetenti, li tistabbilixxi rabta kawżali japplika fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà ambjentali kawżali tal-operaturi (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 55 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
50 |
Hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 2004/35, l-imsemmi obbligu japplika wkoll fil-kuntest tal-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà kolpevoli li tirriżulta mill-culpa jew min-negliġenza tal-operatur, prevista fl-Artikolu 3(1)(b) ta’ din id-direttiva, għal attivitajiet professjonali oħra għajr dawk imsemmija fl-Anness III tal-imsemmija direttiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
51 |
L-importanza partikolari tal-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-attività tal-operatur u d-dannu ambjentali għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ min iniġġes iħallas u, għalhekk, għall-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà stabbilit bid-Direttiva 2004/35, tirriżulta wkoll mid-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar dwar il-konsegwenzi li għandhom jirriżultaw mill-assenza tal-kontribuzzjoni tal-operatur għat-tniġġis jew għar-riskju ta’ tniġġis (sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 57). |
52 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, konformement mal-Artikolu 8(3)(a) tad-Direttiva 2004/35, moqri flimkien mal-premessa 20 tagħha, l-operatur ma huwiex obbligat isostni l-ispejjeż meta jkun jista’ jipproduċi prova li d-dannu kkważat lill-ambjent jirriżulta minn terz u li seħħ minkejja miżuri ta’ sigurtà xierqa, jew irriżultaw minn ordni jew struzzjoni ta’ awtorità pubblika (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-4 ta’ Marzu 2015, Fipa Group et, C‑534/13, EU:C:2015:140, punt 58 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
53 |
Minn dawn l-elementi kollha jirriżulta li l-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà stabbilit bid-Direttiva 2004/35 huwa bbażat fuq il-prinċipji ta’ prekawzjoni u ta’ min iniġġes iħallas. Għal dan il-għan, din id-direttiva tissuġġetta lill-operaturi għal obbligi kemm ta’ prevenzjoni kif ukoll ta’ rimedju (ara, b’mod partikolari, is-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et, C‑379/08 u C‑380/08, EU:C:2010:127, punt 75). |
54 |
F’dan il-każ, huwa paċifiku li TTK inżammet responsabbli fil-kwalità tagħha mhux bħala operatur, iżda bħala proprjetarja tal-proprjetà immobbli fejn seħħ it-tniġġis. Jidher ukoll, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, li l-awtorità kompetenti imponiet multa fuq TTK u ma ordnatx lil din tal-aħħar tieħu wkoll miżuri ta’ prevenzjoni jew ta’ rimedju. |
55 |
Għalhekk, jirriżulta mill-proċess ippreżentat lill-Qorti tal-Ġustizzja li d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni Ungeriża applikati għal TTK ma jagħmlux parti minn dawk li jimplementaw l-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà stabbilita bid-Direttiva 2004/35. |
56 |
Madankollu, għandu jitfakkar li l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 jipprevedi l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jżommu jew li jadottaw dispożizzjonijiet iktar stretti dwar il-prevenzjoni u r-rimedju tad-dannu ambjentali, b’mod partikolari, l-identifikazzjoni ta’ attivitajiet oħra li jistgħu jkunu suġġetti għar-rekwiżiti ta’ din id-direttiva fil-qasam ta’ prevenzjoni u ta’ rimedju, kif ukoll l-identifikazzjoni ta’ partijiet responsabbli oħra. |
57 |
L-Artikolu 102(1) tal-liġi dwar il-protezzjoni tal-ambjent, jipprevedi li r-responsabbiltà għandha tiġi sostnuta konġuntament u in solidum, sakemm ma jkunx hemm prova kuntrarja, kemm mill-proprjetarju kif ukoll mill-operatur tal-proprjetà immobbli “li fuqha jkun sar id-dannu ambjentali jew li fuqha tkun twettqet l-attività ta’ perikolu għall-ambjent”, u l-proprjetarju ma jinħelisx minn din ir-responsabbiltà sakemm ma jkunx identifika l-utent effettiv tal-proprjetà immobbli u jkun wera, bl-esklużjoni ta’ kull dubju raġonevoli, li ma kienx huwa stess li kkawża d-dannu, u dan huwa ta’ natura li jsaħħaħ l-mekkaniżmu ta’ responsabbiltà prevista bid-Direttiva 2004/35. |
58 |
Sa fejn, bla ħsara għar-responsabbiltà tal-prinċipju tal-operatur, tali leġiżlazzjoni nazzjonali tfittex li tipprevjeni nuqqas ta’ diliġenza min-naħa tal-proprjetarju, kif ukoll li tħajjar lil dan tal-aħħar jadotta miżuri u jiżviluppa prattiki tiegħu stess sabiex inaqqas ir-riskji tal-ħsara lill-ambjent, hija tikkontribwixxi għall-prevenzjoni tad-danni ambjentali u, konsegwentement, għat-twettiq tal-għanijiet tad-Direttiva 2004/35. |
59 |
Fil-fatt, din il-leġiżlazzjoni nazzjonali timplika li l-proprjetarji ta’ beni immobbli fl-Istat Membru kkonċernat huma mistennija, taħt piena li huma stess jinżammu responsabbli konġuntament u in solidum, jissorveljaw l-aġir tal-operaturi tal-proprjetajiet tagħhom u jirrapportaw dawn l-operaturi lill-awtorità kompetenti fil-każ ta’ dannu ambjentali jew theddida ta’ tali dannu. |
60 |
Peress li tali leġiżlazzjoni ssaħħaħ il-mekkaniżmu previst bid-Direttiva 2004/35 permezz tal-identifikazzjoni ta’ kategorija ta’ persuni li jistgħu jinżammu responsabbli in solidum flimkien mal-operaturi, hija taqa’ taħt l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 li, moqri flimkien mal-Artikolu 193 TFUE, jawtorizza miżuri ta’ protezzjoni msaħħa, sakemm ikunu kompatibbli mat-trattati u notifikati lill-Kummissjoni. |
61 |
Fir-rigward tar-rekwiżit ta’ kompatibbiltà mat-trattati, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li huwa l-kompitu ta’ kull Stat Membru li jiddetermina minn dawn il-miżuri ta’ protezzjoni msaħħa, liema miżuri, minn naħa, għandhom ikunu intiżi għat-twettiq tal-għan tad-Direttiva 2004/35, kif iddefinit fl-Artikolu 1 tagħha, jiġifieri l-prevenzjoni u r-rimedju tad-dannu ambjentali, u, min-naħa l-oħra, josservaw id-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali ta’ dan id-dritt, li fosthom hemm il-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-9 ta’ Marzu 2010, ERG et, C‑379/08 u C‑380/08, EU:C:2010:127, punt 79). |
62 |
Fl-aħħar nett, għandu jitfakkar li, fil-każ tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ notifika stabbilit fl-Artikolu 193 TFUE, dan in-nuqqas ma jwassalx, fih innifsu, għall-illegalità tal-miżuri ta’ protezzjoni msaħħa (sentenza tal-21 ta’ Lulju 2011, Azienda Agro-Zootecnica Franchini u Eolica di Altamura, C‑2/10, EU:C:2011:502, punt 53 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
63 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-risposta li għandha tingħata għall-ewwel domanda għandha tkun li, id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/35 moqrija fid-dawl tal-Artikoli 191 u 193 TFUE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tidentifika, minbarra l-operaturi tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali, kategorija oħra ta’ persuni responsabbli in solidum ta’ tali dannu ambjentali jiġifieri l-proprjetarji tal-artijiet, mingħajr ma jkun meħtieġ li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ rabta kawżali bejn l-aġir tal-proprjetarji u t-tniġġis ikkonstatat, bil-kundizzjoni li din il-leġiżlazzjoni tkun konformi mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, kif ukoll ma’ kull dispożizzjoni rilevanti tat-Trattati tal-UE u tal-FUE u ta’ atti sekondarji tal-Unjoni. |
Fuq it-tieni domanda
64 |
Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 u l-Artikolu 193 TFUE għandhomx jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-proprjetarji tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali mhux biss jinżammu responabbli in solidum, flimkien mal-operaturi tal-artijiet, ta’ tali dannu ambjentali, iżda jistgħu wkoll jiġu imposti multa mill-awtorità amministrattiva kompetenti. |
65 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, meta Stat Membru jidentifika, konformement mal-Artikolu 16 tal-imsemmija direttiva u l-Artikolu 193 TFUE kif ukoll b’osservanza ta’ kull dispożizzjoni oħra rilevanti u tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, l-imsemmija proprjetarji tal-artijiet bħala responsabbli in solidum, huwa jista’ jimponi sanzjonijiet li jikkontribwixxu għall-effettività ta’ dan il-mekkaniżmu ta’ protezzjoni msaħħa. |
66 |
Multa amministrattiva imposta fuq proprjetarju ta’ art minħabba tniġġis illegali li huwa ma ppreveniex u li fir-rigward tiegħu huwa ma identifikax il-parti responsabbli, tista’ għalhekk tagħmel parti minn mekkaniżmu ta’ responsabbiltà kopert mill-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 u mill-Artikolu 193 TFUE, sakemm il-leġiżlazzjoni li tipprevedi tali multa tista’, konformement mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, tikkontribwixxi għall-kisba tal-għan tal-protezzjoni msaħħa segwit mill-leġiżlazzjoni li tistabbilixxi r-responsabbiltà in solidum u li l-modalitajiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan (ara, bħala analoġija, is-sentenza tad-9 ta’ Ġunju 2016, Nutrivet, C‑69/15, EU:C:2016:425, punt 51 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
67 |
F’dan il-każ, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, b’mod partikolari l-Artikolu 34(1) tad-Digriet tal-Gvern Nru 306/2010, tissodisfax dawn il-kundizzjonijiet. |
68 |
Għaldaqstant, hemm lok r-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda tkun li, l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/35 u l-Artikolu 193 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sakemm is-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/35, huma ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li l-proprjetarji tal-artijiet li fuqhom twettaq tniġġis illegali mhux biss jinżammu responsabbli in solidum flimkien mal-operaturi, għal dannu ambjentali iżda wkoll jistgħu wkoll jiġu imposti multa mill-awtorità nazzjonali kompetenti, bil-kundizzjoni li tali leġiżlazzjoni tkun xierqa sabiex tikkontribwixxi għall-kisba tal-għan tal-protezzjoni msaħħa u li l-modalitajiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-multa ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dan il-għan, aspett li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. |
Fuq l-ispejjeż
69 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawż: l-Ungeriż.