Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0477

    Kawża C-477/16 PPU: Otal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Ruslanas Kovalkovas Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali — Mandat ta’ arrest Ewropew — Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI — Artikolu 1(1) — Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” — Artikolu 6(1) — Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” — Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà

    Information about publishing Official Journal not found, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    16.1.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 14/17


    Otal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ Novembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Amsterdam – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – eżekuzzjoni ta’ mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ kontra Ruslanas Kovalkovas

    (Kawża C-477/16 PPU) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni mill-pulizija u ġudizzjarja f’materji kriminali - Mandat ta’ arrest Ewropew - Deċiżjoni Qafas 2002/584/ĠAI - Artikolu 1(1) - Kunċett ta’ “deċiżjoni ġudizzjarja” - Artikolu 6(1) - Kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja emittenti” - Mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ mill-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja fil-kuntest ta’ eżekuzzjoni ta’ piena li ċċaħħad il-libertà)

    (2017/C 014/22)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Rechtbank Amsterdam

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Openbaar Ministerie

    Konvenut: Ruslanas Kovalkovas

    Dispożittiv

    Il-kunċett ta’ “awtorità ġudizzjarja”, imsemmi fl-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat 13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri, kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2009/299/ĠAI, tas-26 ta’ Frar 2009, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni u dan l-Artikolu 6(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi korp tas-setgħa eżekuttiva, bħall-Ministeru tal-Ġustizzja tar-Repubblika tal-Litwanja, milli jiġi kkunsidrat bħala “awtorità ġudizzjarja emittenti”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni b’tali mod li l-mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ minn dan fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza li tagħti piena li ċċaħħad il-libertà ma jistax jiġi kkunsidrat bħala “deċiżjoni ġudizzjarja” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2002/584 kif emendata bid-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] 2009/299.


    (1)  ĠU C 383, 17.10.2016


    Top