Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0436

Kawża C-436/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta l’Areios Pagos – il-Greċja) – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 23 — Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni — Klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji — Kawża għad-danni — Responsabbiltà in solidum tar-rappreżentanti ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji għal fatti li jikkostitwixxu delitt — Invokabbiltà ta’ din il-klawżola mill-imsemmija rappreżentanti)

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-28 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari ta l’Areios Pagos – il-Greċja) – Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias vs Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd

(Kawża C-436/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni u eżekuzzjoni tas-sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 23 - Klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni - Klawżola ta’ estensjoni tal-ġurisdizzjoni inkluża f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji - Kawża għad-danni - Responsabbiltà in solidum tar-rappreżentanti ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji għal fatti li jikkostitwixxu delitt - Invokabbiltà ta’ din il-klawżola mill-imsemmija rappreżentanti))

(2017/C 283/15)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Areios Pagos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Georgios Leventis, Nikolaos Vafeias

Konvenuti: Malcon Navigation Co. Ltd, Brave Bulk Transport Ltd

Dispożittiv

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inserita f’kuntratt konkluż bejn żewġ kumpanniji ma tistax tiġi invokata mir-rappreżentanti ta’ waħda minnhom sabiex jikkontestaw il-ġurisdizzjoni ta’ qorti sabiex tisma’ kawża għad-danni maħsuba sabiex tiġi stabbilita r-responsabbiltà tagħhom in solidum għal atti li allegatament jikkostitwixxu delitt mwettqa fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet tagħhom.


(1)  ĠU C 392, 24.10.2016


Top