Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0327

    Kawżi magħquda C-327/16 u C-421/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Jacob vs Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics vs Marc Lassus (C-421/16) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Mergers, diviżjonijiet, trasferimenti tal-attiv u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti — Direttiva 90/434/KEE — Artikolu 8 — Tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli — Qligħ kapitali relatat ma’ din it-tranżazzjoni — Posponiment tat-tassazzjoni — Telf matul it-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti — Kompetenza fiskali tal-Istat ta’ residenza — Differenza fit-trattament — Ġustifikazzjoni — Preżervazzjoni tat-tqassim tal-kompetenza fiskali bejn l-Istati Membri)

    ĠU C 166, 14.5.2018, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.5.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 166/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-22 ta’ Marzu 2018 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Marc Jacob vs Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics vs Marc Lassus (C-421/16)

    (Kawżi magħquda C-327/16 u C-421/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Mergers, diviżjonijiet, trasferimenti tal-attiv u l-iskambji tal-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti - Direttiva 90/434/KEE - Artikolu 8 - Tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli - Qligħ kapitali relatat ma’ din it-tranżazzjoni - Posponiment tat-tassazzjoni - Telf matul it-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti - Kompetenza fiskali tal-Istat ta’ residenza - Differenza fit-trattament - Ġustifikazzjoni - Preżervazzjoni tat-tqassim tal-kompetenza fiskali bejn l-Istati Membri))

    (2018/C 166/07)

    Lingwa tal-kawża: l-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Marc Jacob (C-327/16), Ministre des Finances et des Comptes publics (C-421/16)

    Konvenuti: Ministre des Finances et des Comptes publics (C-327/16), Marc Lassus (C-421/16)

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/434/KEE tat-23 ta’ Lulju 1990 dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika għall-inkorporazzjonijiet, id-diviżjonijiet, it-trasferimenti ta’ l-attivi u l-iskambji ta’ l-ishma li jirrigwardaw il-kumpanniji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bl-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, adattat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 95/1/KE, Euratom, KEFA tal-1 ta’ Jannar 1995, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema l-qligħ kapitali minn tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli li taqa’ taħt din id-direttiva huwa kkonstatat fl-okkażjoni ta’ din it-tranżazzjoni, iżda t-tassazzjoni tiegħu hija posposta sas-sena li matulha jseħħ l-avveniment li jtemm dan il-posponiment tat-tassazzjoni, f’dan il-każ it-trasferiment tat-titoli rċevuti inkambju.

    2)

    L-Artikolu 8 tad-Direttiva 90/434, kif emendata bl-Att dwar il-kundizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Renju tan-Norveġja, tar-Repubblika tal-Awstrija, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja, adattat bid-Deċiżjoni 95/1, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali relatat ma’ tranżazzjoni ta’ skambju ta’ titoli, liema tassazzjoni ġiet posposta, mat-trasferiment sussegwenti tat-titoli rċevuti inkambju, minkejja li dan l-istess trasferiment ma jaqax taħt il-kompetenza fiskali ta’ dan l-Istat Membru.

    3)

    L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, f’sitwazzjoni meta t-trasferiment sussegwenti ta’ titoli rċevuti inkambju ma jaqax taħt il-kompetenza fiskali ta’ dan l-Istat Membru, tipprevedi t-tassazzjoni tal-qligħ kapitali li t-tassazzjoni tiegħu ġiet posposta fl-okkażjoni ta’ dan it-trasferiment mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni eventwali telf sostnut f’din l-okkażjoni, minkejja li tieħu inkunsiderazzjoni tali telf meta l-persuna taxxabbli li għandha titoli jkollha r-residenza fiskali tagħha fl-imsemmi Stat Membru fid-data tal-imsemmi trasferiment. Huma l-Istati Membri li għandhom, b’osservanza tad-dritt tal-Unjoni u, f’dan il-każ, b’mod iktar partikolari, tal-libertà ta’ stabbiliment, jipprevedu metodi dwar it-tpaċija u l-kalkolu ta’ dan it-telf.


    (1)  ĠU C 305, 22.8.2016

    ĠU C 392, 24.10.2016


    Top