Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0245

    Kawża C-245/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Nerea SpA vs Regione Marche (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Regolament (KE) Nru 800/2008 — Eżenzjoni ġenerali sħiħa — Kamp ta’ applikazzjoni — Artikolu 1(6)(ċ) — Artikolu 1(7)(ċ) — Kunċett ta’ “impriża f’diffikultà” — Kunċett ta’ “proċeduri kollettivi ta’ [insolvenza]” — Kumpannija benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat taħt programm operazzjonali reġjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ammessa wara arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat — Revoka tal-għajnuna — Obbligu ta’ rimbors ta’ ammont imħallas bil-quddiem)

    ĠU C 283, 28.8.2017, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    28.8.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 283/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche – l-Italja) – Nerea SpA vs Regione Marche

    (Kawża C-245/16) (1)

    ((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Regolament (KE) Nru 800/2008 - Eżenzjoni ġenerali sħiħa - Kamp ta’ applikazzjoni - Artikolu 1(6)(ċ) - Artikolu 1(7)(ċ) - Kunċett ta’ “impriża f’diffikultà” - Kunċett ta’ “proċeduri kollettivi ta’ [insolvenza]” - Kumpannija benefiċjarja ta’ għajnuna mill-Istat taħt programm operazzjonali reġjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) ammessa wara arranġament mal-kredituri bil-għan li jitkompla l-operat - Revoka tal-għajnuna - Obbligu ta’ rimbors ta’ ammont imħallas bil-quddiem))

    (2017/C 283/10)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per le Marche

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Nerea SpA

    Konvenut: Regione Marche

    Fil-preżenza ta’: Banca del Mezzogiorno – Mediocredito Centrale SpA

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli [107 u 108 TFUE] (Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “proċeduri kollettivi ta’ falliment [insolvenza]” li huwa jsemmi jkopri l-proċeduri kollha kollettivi ta’ falliment previsti fid-dritt nazzjonali, kemm jekk dawn ikunu miftuħa ex officio mill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali u kemm jekk ikunu miftuħa fuq l-inizjattiva tal-impriża kkonċernata.

    2)

    L-Artikolu 1(7)(ċ) tar-Regolament Nru 800/2008 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li impriża tissodisfa r-rekwiżiti għall-issuġġettar għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza skont id-dritt nazzjonali, li għandu jiġi kkonstatat mill-qorti tar-rinviju, huwa suffiċjenti sabiex jimpedixxi li tingħatalha għajnuna mill-Istat skont dan ir-regolament imsemmi jew, jekk tali għajnuna tkun diġà ingħatatilha, sabiex jiġi kkonstatat li din ma setgħetx tingħata skont l-imsemmi regolament, sakemm dawn ir-rekwiżiti jkunu sodisfatti fid-data meta kienet ingħatat l-imsemmija għajnuna. Min-naħa l-oħra, għajnuna mogħtija lil impriża skont ir-Regolament Nru 800/2008, u b’mod partikolari skont l-Artikolu 1(6) tiegħu ma tistax tiġi revokata minħabba s-sempliċi raġuni li din l-impriża kienet suġġetta għal proċedura kollettiva ta’ insolvenza wara d-data li fiha ngħatatilha l-għajnuna.


    (1)  ĠU C 279, 1.8.2016.


    Top