Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0202

    Kawża C-202/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Immaniġġar ta’ skart — Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE — Sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il-Greċja))

    ĠU C 202, 26.6.2017, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    26.6.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 202/7


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-27 ta’ April 2017 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika

    (Kawża C-202/16) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Immaniġġar ta’ skart - Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il-Greċja)))

    (2017/C 202/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Grieg

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentant: E. Skandalou, aġent)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ttollerat operat tas-sit ta’ rimi ta’ skart f’landfill ta’ Temploni (il-Greċja) billi ma ssodisfatx il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti stabbiliti mil-leġiżlazzjoni ambjentali tal-Unjoni Ewropea, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll taħt l-Artikolu 8(a), l-Artikolu 11(1) u l-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma.

    2)

    Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


    Top