Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0139

Kawża C-139/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos – Spanja) – Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba, Rodrigo Moreno Benavente vs Abadía Retuerta, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade marks — Direttiva 2008/95/KE — Artikolu 3(1)(c) — Trade mark verbali nazzjonali La Milla de Oro — Raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità — Sinjali ta’ oriġini ġeografika)

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-6 ta’ Lulju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Burgos – Spanja) – Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba, Rodrigo Moreno Benavente vs Abadía Retuerta, SA

(Kawża C-139/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 3(1)(c) - Trade mark verbali nazzjonali La Milla de Oro - Raġunijiet għar-rifjut ta’ reġistrazzjoni jew ta’ invalidità - Sinjali ta’ oriġini ġeografika))

(2017/C 283/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Burgos

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Moreno Marín, Maria Almudena Benavente Cardaba, Rodrigo Moreno Benavente

Konvenuta: Abadía Retuerta, SA

Dispożittiv

1)

Sinjal bħal “la Milla de Oro”, li jagħmel riferiment għall-karatteristika ta’ prodott jew ta’ servizz li tikkonsisti fil-possibbiltà li jinstab b’abbundanza, fl-istess post, tali prodott jew servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja, ma jistax jikkostitwixxi indikazzjoni ta’ oriġini ġeografika, peress li dan is-sinjal għandu jkun akkumpanjat b’isem li jagħmel riferiment għal post ġeografiku sabiex ikun jista’ jiġi identifikat l-ispazju fiżiku li miegħu hemm assoċjata konċentrazzjoni qawwija ta’ prodott jew ta’ servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja.

2)

L-Artikolu 3(1)(c) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li sinjal bħal “la Milla de Oro”, li jagħmel riferiment għall-karatteristika ta’ prodott jew ta’ servizz li tikkonsisti fil-possibbiltà li jinstab b’abbundanza, fl-istess post, tali prodott jew servizz, ta’ valur u ta’ kwalità għolja, jista’ ma jaqax taħt il-karatteristiċi li l-użu tagħhom bħala trade mark jikkostitwixxi raġuni għal invalidità, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 200, 6.6.2016.


Top