Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0074

Kawża C-74/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo n° 4 de Madrid – Spanja) – Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” — Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “attività ekonomika” — Kundizzjonijiet oħra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE — Artikolu 108(1) u (3) TFUE — Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida” — Ftehim tat-3 ta’ Jannar 1979 konkluż bejn ir-Renju ta’ Spanja u s-Santa Sede — Taxxa fuq il-kostruzzjoni, l-installazzjonijiet u x-xogħlijiet — Eżenzjoni favur proprjetà immobbli tal-Knisja Kattolika)

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-27 ta’ Ġunju 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Madrid – Spanja) – Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania vs Ayuntamiento de Getafe

(Kawża C-74/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Kunċetti ta’ “impriża” u ta’ “attività ekonomika” - Kundizzjonijiet oħra għall-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE - Artikolu 108(1) u (3) TFUE - Kunċetti ta’ “għajnuna eżistenti” u ta’ “għajnuna ġdida” - Ftehim tat-3 ta’ Jannar 1979 konkluż bejn ir-Renju ta’ Spanja u s-Santa Sede - Taxxa fuq il-kostruzzjoni, l-installazzjonijiet u x-xogħlijiet - Eżenzjoni favur proprjetà immobbli tal-Knisja Kattolika))

(2017/C 283/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 4 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Congregación de Escuelas Pías Provincia Betania

Konvenut: Ayuntamiento de Getafe

Dispożittiv

Eżenzjoni fiskali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tibbenefika minnha kongregazzjoni li tappartjeni lill-Knisja Kattolika għal xogħlijiet imwettqa fi proprjetà immobbli intiża għall-eżerċizzju ta’ attivitajiet li ma għandhom ebda għan strettament reliġjuż, tista’ taqa’ taħt il-projbizzjoni stabbilita fl-Artikolu 107(1) TFUE jekk, u sa fejn, dawn l-attivitajiet huma ekonomiċi, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 145, 25.4.2016.


Top