Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016CA0006

Kawża C-6/16: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Setembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA vs Ministre des Finances et des Comptes publics (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni diretta — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Taxxa f’ras il-għajn — Direttiva 90/435/KEE — Artikolu 1(2) — Artikolu 5(1) — Eżenzjoni — Dividendi mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti miżmuma direttament jew indirettament minn residenti ta’ Stati terzi — Preżunzjoni — Frodi, evażjoni u abbuż fiskali)

ĠU C 374, 6.11.2017, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 374/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-7 ta’ Setembru 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA vs Ministre des Finances et des Comptes publics

(Kawża C-6/16) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni diretta - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Taxxa f’ras il-għajn - Direttiva 90/435/KEE - Artikolu 1(2) - Artikolu 5(1) - Eżenzjoni - Dividendi mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti miżmuma direttament jew indirettament minn residenti ta’ Stati terzi - Preżunzjoni - Frodi, evażjoni u abbuż fiskali))

(2017/C 374/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Eqiom SAS, li kienet Holcim France SAS, Enka SA

Konvenut: Ministre des Finances et des Comptes publics

Dispożittiv

L Artikolu 1(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2003/123/KE, tat-22 ta’ Diċembru 2003, minn naħa, u l-Artikolu 49 TFUE, min-naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti tal-vantaġġ fiskali previst fl-Artikolu 5(1) ta’ din id-direttiva – jiġifieri l-eżenzjoni ta’ taxxa f’ras il-għan tal-profitti mqassma minn sussidjarja residenti lil kumpannija omm mhux residenti, meta din il-kumannija omm hija kkontrollata direttament jew indirettament minn resident wieħed jew iktar ta’ Stati terzi – għall-kundizzjoni li din tistabbilixxi li l-katina ta’ ishma ma għandhiex bħala għan prinċipali jew bħala wieħed mill-għanijiet prinċipali tagħha li tieħu vantaġġ minn din l-eżenzjoni.


(1)  ĠU C 106, 21.3.2016.


Top