This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0726
Case T-726/15: Action brought on 15 December 2015 — Blaž Jamnik and Blaž v Parliament
Kawża T-726/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament
Kawża T-726/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament
ĠU C 98, 14.3.2016, p. 45–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.3.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 98/45 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Diċembru 2015 – Blaž Jamnik u Blaž vs Il-Parlament
(Kawża T-726/15)
(2016/C 098/60)
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Jožica Blaž Jamnik (Ljubljana, is-Slovenja) u Brina Blaž (Ljubljana) (rappreżentant: D. Mihevc, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet
— |
tikkonstata li l-għażla tal-offerent fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06 kienet illegali; |
— |
tannulla l-għażla tal-offerent; |
— |
tagħżel lir-rikorrenti inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża; |
— |
sussidjarjament, tagħti lir-rikorrenti kumpens għad-danni ta’ EUR 3 852 384,60 EUR fil-każ li ma jintgħażlux inkwantu offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża fil-proċedura INLO.AO-2013-051-LUX-UGIMBI-06; |
— |
tirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 113 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (1) Skont ir-rikorrenti, l-għażla tal-offerent tal-offerta li hija l-iktar vantaġġuża saret bi ksur tal-Artikolu 113 tar-regolament imsemmi hawn fuq għaliex il-kriterji stabbiliti minn qabel, indikati fl-ispeċifikazzjonijiet, ma ġewx osservati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-illegalità tal-iżvolġiment tal-proċedura ta’ għażla F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jindikaw li l-proġetti, id-dokumentazzjoni grafika u l-kalkoli statistiċi li huma hemżu mal-offerta tagħhom ma kienu s-suġġett tal-ebda eżami għaliex ma ntbagħtux mill-uffiċċju ta’ Ljubljana lejn il-Lussemburgu għall-finijiet tal-proċess deċiżjonali. |
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).