Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0543

    Kawża T-543/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

    ĠU C 406, 7.12.2015, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.12.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 406/36


    Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Settembru 2015 – Lysoform Dr. Hans Rosemann et vs ECHA

    (Kawża T-543/15)

    (2015/C 406/36)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Lysoform Dr. Hans Rosemann GmbH (Berlin, il-Ġermanja), Ecolab Deutschland GmbH (Monheim), Schülke & Mayr GmbH (Norderstedt), Diversey Europe Operations BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: K. Van Maldegem & M. Grunchard, avukati)

    Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

    Talbiet

    tiddikjara l-appell ammissibli u fondat;

    tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi dwar l-inklużjoni tal-kumpannija OXEA, ibbażata fil-Ġermanja, bħala fornitur tas-sustanza attiva fil-lista prevista mill-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2012, dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali;

    tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri; u

    fid-dawl tal-appell pendenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-ECHA, tissospendi l-proċeduri skont l-Artikolu 69, u b’mod partikolari l-Artikolu 69(d) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, sakemm il-Bord tal-Appell tal-ECHA ikun iddeċieda dwar l-ammissibbiltà tal-appell quddiemha.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Ir-rikorrenti jsostnu li, billi ppermettiet li kumpannija tiġi inkluża fil-lista prevista fl-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 fir-rigward ta’ sustanza partikolari, l-ECHA naqset milli tapplika l-liġi. In-nuqqasijiet tagħha tagħha f’dan ir-rigward huma bbażati fuq it-tliet motivi li ġejjin:

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ECHA applikat ħażin ir-regoli dwar ir-rekwiżit li l-kumpannija tippreżenta dossier komplet skont l-Artikolu 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni f’dak li l-ECHA ttrattat kumpanniji li kienu fl-istess sitwazzjoni b’mod differenti.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 62, 63 u 95 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 f’dak li kontra r-rekwiżiti ta’ dan ir-regolament, l-ECHA naqset milli tiżgura li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn dawk il-kumpanniji li pparteċipaw fil-programm ta’ reviżjoni tas-sustanza partikolari jagħtu u dawk li peress li ma pparteċipawx fl-imsemmi programm, ma kellhomx isostnu l-ispejjeż relatati (magħrufa bħala “free-riders”).


    Top