EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0508
Case T-508/15: Action brought on 2 September 2015 — Republic of Lithuania v European Commission
Kawża T-508/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-508/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 371, 9.11.2015, p. 29–30
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
9.11.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 371/29 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2015 – Ir-Repubblika tal-Litwanja vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-508/15)
(2015/C 371/32)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Litwanja (rappreżentanti: D. Kriaučiūnas, R. Krasuckaitė, M. Palionis u A. Petrauskaitė, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea (UE) 2015/1119 tat-22 ta’ Ġunju 2015 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn hija indirizzata lir-Repubblika tal-Litwanja u tirreferi għall-iskema ta’ rtirar kmieni mill-produzzjoni tal-komoditajiet agrikoli (linja tal-baġit: 6711); |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, li jallega ksur tad-dritt tal-UE:
Billi adottat id-deċżiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 52(2) tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 (1) flimkien mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għaliex:
1. |
Mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni n-natura tal-ksur u d-dannu finanzjarju kkawżat lill-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni applikat korrezzjoni b’rata fissa, minkejja l-fatt li l-informazzjoni ppreżentata wara l-verifika ex post tal-applikazzjonijiet kollha, imwettqa mil-Litwanja b’mod xieraq u raġonevoli, ippermettiet li jiġi ddeterminat bi preċiżjoni d-dannu finanzjarju li fil-verità ġie kkawżat lill-Unjoni Ewropea. Il-Ġvern tar-Repubblika tal-Litwanja jsostni li l-verifiki ex post imwettqa mill-awtoritajiet Litwani huma mod xieraq sabiex jiġi ddeterminat bi preċiżjoni d-dannu lill-fondi, għaliex:
|
2. |
F’kull każ, il-Kummissjoni applikat ħażin il-korrezzjoni finanzjarja eċċessiva ta’ 5 %, għaliex l-applikazzjoni ta’ din il-korrezzjoni hija prevista biss meta r-riskju ta’ telf għall-baġit tal-UE jkun sinjifikattiv, filwaqt li l-verifiki mwettqa u l-informazzjoni ppreżentata mir-Repubblika tal-Litwanja wrew biss riskju finanzjarju żgħir lill-baġit tal-UE li setgħa seħħ. |
(1) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU 2013 L 347, p. 549).