Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0489

    Kawża T-489/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SNAP)

    ĠU C 337, 12.10.2015, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    12.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 337/43


    Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SNAP)

    (Kawża T-489/15)

    (2015/C 337/48)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting (Berlin, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SNAP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 055

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1938/2014-2

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top