EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0482

Kawża T-482/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni

ĠU C 337, 12.10.2015, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/15)

(2015/C 337/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ahrend Furniture (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce, V. Dor u S. Engelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, id-data mhix magħrufa, li tagħti l-lott Nruo1 tas-sejħa għall-offerti Nruo OIB.DR.2/PO/2014/055/622 – “Provvista ta’ għamara” lil offerent ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ dritt imwettqa mill-konvenuta fil-waqt tal-analiżi kwalitattiva u teknika tal-offerta tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti, minkejja fit-talbiet tagħha f’dan is-sens, tal-elementi rigward l-evalwazzjoni finanzjarja tal-offerti.


Top