Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0456

    Kawża T-456/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Foodcare vs UASI – Michalczewski (T.G.R. ENERGY DRINK)

    ĠU C 328, 5.10.2015, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.10.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 328/29


    Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Foodcare vs UASI – Michalczewski (T.G.R. ENERGY DRINK)

    (Kawża T-456/15)

    (2015/C 328/26)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Foodcare sp. z o.o. (Zabierzów, il-Polonja) (rappreżentant: A. Matusik, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dariusz Michalczewski (Gdańsk, il-Polonja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

    Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

    Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “T.G.R. ENERGY DRINK” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5 689 237

    Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 265/2014-2

    Talbiet

    tiddikjara l-invalidità tad-deċiżjoni kkontestata fl-intier tagħha;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


    Top