EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0435

Kawża T-435/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummissjoni

ĠU C 328, 5.10.2015, p. 19–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/19


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Kolachi Raj Industrial vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-435/15)

(2015/C 328/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kolachi Raj Industrial (Private) Ltd (Karachi, il-Pakistan) (rappreżentant: P. Bentley, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2015/776 (1) sa fejn dan:

(i) jiċħad it-talba tar-rikorrenti għal eżenzjoni minn kwalunkwe estensjoni ta’ miżuri antidumping għal importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mill-Pakistan;

(ii) jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 (2) fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mir-rikorrenti mill-Pakistan; u

(iii) jordna l-ġbir tal-imsemmi dazju fuq importazzjonijiet ikkunsinnati mill-Pakistan u rreġistrati skont l-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 938/2014 (3).

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 13(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51). B’mod iktar speċifiku, fl-applikazzjoni tal-Artikolu 13(2)(b) il-konvenuta wettqet żbalji proċedurali u ta’ liġi, u użat raġunament mhux koerenti.


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776, tat-18 ta’ Mejju 2015, li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU L 122, p. 4).

(2)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 990/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara rieżami interim skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 153, p. 17).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 938/2014, tat-2 ta’ Settembru 2014, li jibda investigazzjoni rigward il-possibbiltà ta’ evażjoni tal-miżuri antidumping imposti mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina b’importazzjonijiet ta’ roti kkunsinjati mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, il-Pakistan u l-Filippini u kemm jekk le, u li jagħmel tali importazzjonijiet soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 263, p. 5).


Top