EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015TN0381
Case T-381/15: Action brought on 14 July 2015 — IMG v Commission
Kawża T-381/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni
Kawża T-381/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni
ĠU C 337, 12.10.2015, p. 20–22
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.10.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 337/20 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-381/15)
(2015/C 337/22)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: International Management Group IMG (Brussell, il-Belġju)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 li biha għandhom jitwettqu miżuri msaħħa ta’ awditjar u ta’ monitoraġġ, li titwettaq senjalazzjoni ta’ verifika taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi, u li tirrifjuta lil IMG il-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali taħt ir-regolament finanzjarju; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens għad-dannu materjali u morali; |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li jikkonċernaw aspetti differenti tad-deċiżjoni kkontestata.
— |
Fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi
|
— |
Fir-rigward tad-deċiżjoni li jiġi rrifjutat lir-rikorrenti l-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tal-regolament finanzjarju
|
— |
Fir-rigward tad-deċiżjoni li titwettaq senjalazzjoni fil-kuntest tas-sistema ta’ twissijiet bikrija (SAP)
|
(1) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).
(3) Deċiżjoni 2014/792/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 329, p. 68).