EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0352

Kawża T-352/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2015 – DEI vs Il-Kummissjoni

ĠU C 328, 5.10.2015, p. 10–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

5.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 328/10


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Ġunju 2015 – DEI vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-352/15)

(2015/C 328/09)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimosia Epicheirisi Ilektrismou AE (DEI) (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Bourtzalas, D. Waelbroeck, Ch. Tagaras, Ch. Synodinos u Ε. Salaka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015)1942 finali tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-każ SA.38101, sa fejn din tal-aħħar tqis li ebda għajnuna mill-Istat ma ngħatat lil Alouminion u li, konsegwentement, ma hemmx lok li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFUE;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2015)1942 finali tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-każ SA.34991, sa fejn din tal-aħħar tqis li l-ilment ta’ DEI dwar l-għajnuna mill-Istat li jirriżulta mill-motivi tad-Deċiżjoni 346/2012 tal-Awtorità Regolatorja Griega għall-Enerġija (Rythmistiki Archi Energeias, il-Greċja) saret mingħajr suġġett fid-dawl tar-riżultat tad-Deċiżjoni 1/2013 tat-tribunal tal-arbitraġġ; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż ta’ DEI.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur ta’ rekwiżit proċedurali sostanzjali, billi l-att ikkontestat ma ssodisfax ir-rekwiżiti proċedurali stabbiliti għall-adozzjoni ta’ tali deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq motivazzjoni suffiċjenti, kontradizzjonijiet u l-ksur tal-obbligu li jiġu eżaminati l-punti rilevanti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti sa fejn jikkonċerna l-evalwazzjoni li l-ftehim ta’ arbitraġġ iddefinixxa l-“parametri ċari u oġġettivi” li “jillimitaw is-setgħa diskrezzjonalu tal-arbitri” u li kellu l-konsegwenza loġika li t-tariffa tal-elettriku kienet stabbilita għall-ammont finali tagħha.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat prudenti f’ekonomija tas-suq u tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, sa fejn jikkonċerna l-evalwazzjoni li t-tariffa tal-elettriku stabbilita mid-deċiżjoni tat-tribunal tal-arbitraġġ tikkostitwixxi “konsegwenza loġika tal-parametri stabbiliti b’mod korrett fil-ftehim ta’ arbitraġġ”.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 TFUE fir-rigward tal-evalwazzjoni li l-Kummissjoni ma kinitx obbligata li twettaq evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi kif ukoll fuq l-iżball manifest ta’ liġi manifest u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti sa fejn il-Kummissjoni naqset milli teżamina punti determinanti fir-rigward tal-konstatazzjoni tal-eżistenza jew le ta’ għajnuna mill-Istat .

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ liġi fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) u 108(2) TFUE u fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti fir-rigward tal-applikazzjoni tal-kriterju tal-investitur privat prudenti f’ekonomija tas-suq.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq l-iżball manifest ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFU, il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni suffiċjenti u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni ta’ fatti rigward id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiħux passi dwar l-ilment ta’ DEI tal-2012, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, billi bbażat l-evalwazzjoni tagħha fuq il-fatt li dan l-ilment “sar mingħajr suġġett” wara l-għoti tad-Deċiżjoni 1/2013 tat-tribunal tal-arbitraġġ.


Top