Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TN0274

    Kawża T-274/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

    Information about publishing Official Journal not found, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.8.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/38


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-274/15)

    (2015/C 279/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju); u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere u J. Probst, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati

    tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li, meta adottat u meta implementat id-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tagħhom tad-difiża u d-dritt tagħhom tal-invjolabbiltà tad-domiċilju, kif ukoll il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità.


    Top