Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0595

    Kawża T-595/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — Allegat rifjut li tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni tad-dritt Ewropew — Att li ma jistax jiġi kkontestat b’rikors — Inammissibbiltà manifesta”)

    ĠU C 279, 1.8.2016, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    1.8.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 279/28


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Ġunju 2016 – Europäischer Tier- und Naturschutz u Giesen vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-595/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - Allegat rifjut li tiġi ppreżentata proposta leġiżlattiva għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni tad-dritt Ewropew - Att li ma jistax jiġi kkontestat b’rikors - Inammissibbiltà manifesta”))

    (2016/C 279/42)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Europäischer Tier- und Naturschutz eV (Much, il-Ġermanja) u Horst Giesen (Much) (rappreżentant: P. Brockmann, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u K. P. Wojcik, aġenti)

    Suġġett

    Talba skont l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Awwissu 2015 li permezz tagħha din tal-aħħar astjeniet milli tippreżenta proposta leġiżlattiva intiża għall-ħolqien ta’ assoċjazzjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

    2)

    Europäischer Tier- und Naturschutz eV u Horst Giesen huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom.


    (1)  ĠU C 27, 25.1.2016.


    Top