Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0551

    Kawża T-551/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni (“Rikors għal annullament — FAEG u FAEŻR — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Bidu tad-dekorrenza — Tardività — Inammissibbiltà”)

    ĠU C 200, 6.6.2016, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.6.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 200/24


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2016 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-551/15) (1)

    ((“Rikors għal annullament - FAEG u FAEŻR - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Bidu tad-dekorrenza - Tardività - Inammissibbiltà”))

    (2016/C 200/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u J. Guillem Carrau, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39), sa fejn din teskludi ċertu nfiq imġarrab mir-Repubblika Portugiża.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

    2)

    Ir-Repubblika Portugiża għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 389, 23.11.2015.


    Top