Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TB0522

Kawża T-522/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2015 – CCPL et vs Il-Kummissjoni (“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kompetizzjoni — Akkordji — Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut — Deċiżjoni li timponi multi — Garanzija bankarja — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Urġenza — Ibbilanċjar tal-interessi”)

ĠU C 78, 29.2.2016, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.2.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 78/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2015 – CCPL et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-522/15) (1)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kompetizzjoni - Akkordji - Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut - Deċiżjoni li timponi multi - Garanzija bankarja - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Urġenza - Ibbilanċjar tal-interessi”))

(2016/C 078/30)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC (Reggio Emilia, l-Italja), Coopbox group SpA (Reggio Emilia), Poliemme Srl (Reggio Emilia), Coopbox Hispania, SL (Lorca, Spanja), Coopbox Eastern s.r.o. (Nové Mesto nad Váhom, Is-Slovakkja) (rappreżentanti: S. Bariatti u E. Cucchiara, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment F. Jimeno Fernandez, A. Biolan u P. Rossi, sussegwentement F. Jimeno Fernandez, P. Rossi u L. Malferrari, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni C (2015) 4336 finali tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), sa fejn din timponi fuq ir-rikorrenti l-obbligu li jipprovdu garanzija bankarja jew li jwettqu l-ħlas provviżorju tal-ammont tal-multi imposti bħala kundizzjoni sabiex jevitaw l-irkupru immedjat ta’ dan l-ammont.

Dispożittiv

1)

L-obbligu li r-rikorrenti, CCPL – Consorzio Cooperative di Produzione e Lavoro SC, Coopbox group SpA, Poliemme Srl, Coopbox Hispania, SL u Coopbox Eastern s.r.o., jikkostitwixxu favur il-Kummissjoni Ewropea garanzija bankarja sabiex jevitaw l-irkupru immedjat tal-multi imposti fuqhom permezz tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni C (2015) 4336 finali tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Ġunju 2015, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (AT.39563 – Ippakkjar tal-ikel għall-bejgħ bl-imnut), huwa sospiż sakemm:

fi żmien xahar mid-data tan-notifika ta’ dan id-digriet, u sussegwentement kull tliet xhur sal-adozzjoni tad-deċiżjoni fil-kawża prinċipali kif ukoll fil-kuntest ta’ kull żvilupp li jista’ jaffettwa l-kapaċità futura tagħhom li jħallsu l-multi imposti, ir-rikorrenti għandhom jippreżentaw bil-miktub lill-Kummissjoni rapport iddettaljat dwar l-implementazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturazzjoni tal-grupp CCPL u dwar l-ammont tad-dħul iġġenerat mill-bejgħ tal-assi tiegħu kemm jekk b’eżekuzzjoni ta’ dan il-pjan kif ukoll jekk “lil hinn” minn din l-eżekuzzjoni;

ir-rikorrenti jħallsu lill-Kummissjoni s-somma ta’ EUR 5 miljuni, hekk kif din tkun ġiet iġġenerata mill-imsemmi bejgħ kif ukoll id-dħul kollu magħmul mit-trasferiment ippjanat tal-ishma f’Refincoop, f’Erzelli Energia u fi Smec, hekk kif dan id-dħul isir.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 354, 26.10.2015.


Top