EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0521

Kawża T-521/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Diesel vs EUIPO – Sprinter megacentros del deporte (Rappreżentazzjoni ta’ linja bil-kurvi u angolata) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta linja bil-kurvi u angolata — Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta l-ittra kbira ‘D’ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

ĠU C 283, 28.8.2017, p. 33–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

28.8.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 283/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Lulju 2017 – Diesel vs EUIPO – Sprinter megacentros del deporte (Rappreżentazzjoni ta’ linja bil-kurvi u angolata)

(Kawża T-521/15) (1)

([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Talba għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva li tirrappreżenta linja bil-kurvi u angolata - Trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva preċedenti li tirrappreżenta l-ittra kbira ‘D’ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2017/C 283/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Diesel SpA (Breganze, l-Italja) (rappreżentanti: A. Gaul, M. Frank, A. Parassina u K. Dani, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Ivanauskas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sprinter megacentros del deporte, SL (Elche, Spanja) (rappreżentant: S. Malynicz, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 3291/2014-2) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Diesel u Sprinter megacentros del deporte.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 3291/2014-2) hija annullata.

2)

L-EUIPO huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll dawk sostnuti minn Diesel SpA.

3)

Sprinter megacentros del deporte, SL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 381, 16.11.2015.


Top