Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0462

Kawża T-462/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni (“Dumping — Importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini — Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina — Regolament (UE) Nru 2015/776 — Evażjoni — Trasbord — Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036”)

ĠU C 190, 4.6.2018, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 190/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ April 2018 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/15) (1)

((“Dumping - Importazzjonijiet ta’ roti kkunsinnati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini - Estensjoni, għal dawn l-importazzjonijiet, tad-dazju antidumping definittiv stabbilit fuq l-importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw miċ-Ċina - Regolament (UE) Nru 2015/776 - Evażjoni - Trasbord - Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (li saru Artikolu 13(1) u (2) u Artikolu 18(3) tar-Regolament (UE) Nru 2016/1036”))

(2018/C 190/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asia Leader International (Cambodia) Co. Ltd (Tai Seng SEZ, il-Kambodja) (rappreżentanti: A. Bochon, avukat, u R. MacLean, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u A. Demeneix, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tal-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/776 tat-18 ta’ Mejju 2015 li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013 fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU 2015, L 122, p. 4), sa fejn jikkonċerna lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Asia Leader International (Cambodia) Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 320, 28.9.2015.


Top