Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0339

    Kawża T-339/15 u T-343/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs EUIPO (Forma ta’ pompa tal-petrol) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea — Forma ta’ pompa tal-petrol — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) — Atti li jsostnu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti — Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell — Natura vinkolanti tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni”)

    ĠU C 190, 4.6.2018, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.6.2018   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 190/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ April 2018 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs EUIPO (Forma ta’ pompa tal-petrol)

    (Kawża T-339/15 u T-343/15) (1)

    ((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade marks tridimensjonali tal-Unjoni Ewropea - Forma ta’ pompa tal-petrol - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 65(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 72(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Atti li jsostnu b’mod sħiħ it-talbiet tar-rikorrenti - Deċiżjoni tar-rinviju tal-Bord tal-Appell - Natura vinkolanti tal-motivi tad-deċiżjoni tar-rinviju - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

    (2018/C 190/40)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentanti: M. Siciarek, J. Rasiewicz u M. Kaczmarska, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u E. Sliwinska, aġenti)

    Suġġett

    Ħames rikorsi ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni ta’ sinjali tridimensjonali li jikkonsistu fil-forma ta’ pompa tal-petrol bħala trade marks tal-Unjoni Ewropea.

    Dispożittiv

    1)

    Il-Kawżi T-339/15 sa T-343/15 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

    2)

    Ir-rikorsi huma miċħuda bħala inammissibbli għall-prodotti u s-servizzi li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil).

    3)

    Id-Deċiżjonijiet tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-2 ta’ April 2015 (Każijiet R 2245/2014-5, R 2247/2014-5, R 2248/2014-5, R 2249/2014-5 u R 2250/2014-5) huma annullati għall-prodotti u s-servizzi għajr dawk li ma humiex parti mill-firxa abitwali tal-pompi tal-petrol (il-fjuwil tal-avjazzjoni, il-kokk tal-pitrolju, ix-xileni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-fjuwil) u li huma koperti mit-trade marks mitluba.

    4)

    EUIPO hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u erba’ minn ħamsa tal-ispejjeż ta’ Polski Koncern Naftowy Orlen SA, u din tal-aħħar għandha tbati waħda minn ħamsa mill-ispejjeż proprji tagħha.


    (1)  ĠU C 279, 24.8.2015.


    Top