EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0099

Kawża T-99/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Sfera Joven vs EUIPO – Las banderas del Mediterráneo (NOOSFERA) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NOOSFERA — Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti SFERA, Sfera colours u sfera CENTROS — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

ĠU C 251, 11.7.2016, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

11.7.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 251/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Mejju 2016 – Sfera Joven vs EUIPO – Las banderas del Mediterráneo (NOOSFERA)

(Kawża T-99/15) (1)

((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali NOOSFERA - Trade marks nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti SFERA, Sfera colours u sfera CENTROS - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2016/C 251/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Sfera Joven, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Muñiz Rodríguez u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Las banderas del Mediterráneo, SL (Cox, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-12 ta’ Diċembru 2014 (Każ R 158/2014-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sfera Joven u Las banderas del Mediterráneo.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sfera Joven, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 155, 11.5.2015.


Top