Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0090

    Kawża T-90/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2016 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali SCOPE — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 156, 2.5.2016, p. 40–41 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.5.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 156/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali 16 ta’ Marzu 2016 – Schoeller Corporation vs UASI – Sqope (SCOPE)

    (Kawża T-90/15) (1)

    ([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali SCOPE - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2016/C 156/53)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Schoeller Corporation GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. van Ackeren, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sqope SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: M.-C. Simon, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2381/2013-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sqope SA u Schoeller Corporation GmbH.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-21 ta’ Novembru 2014 (Każ R 2381/2013–1) hija annullata.

    2)

    L-UASI u Sqope SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk ta’ Schoeller Corporation GmbH.


    (1)  ĠU C 118, 13.4.2015.


    Top