Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0009

    Kawża T-9/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Ball Beverage Packaging Europe vs EUIPO [“Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tliet laned — Disinn preċedenti — Raġuni għal invalidità — Karattru individwali — Impressjoni ġenerali differenti — Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu oġġett wieħed — Portata tad-deskrizzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat — Obbligu ta’ motivazzjoni — Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”]

    ĠU C 249, 31.7.2017, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.7.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/23


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Ġunju 2017 – Ball Beverage Packaging Europe vs EUIPO

    (Kawża T-9/15) (1)

    ([“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta tliet laned - Disinn preċedenti - Raġuni għal invalidità - Karattru individwali - Impressjoni ġenerali differenti - Artikolu 6 u l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Numru ta’ oġġetti li jikkostitwixxu oġġett wieħed - Portata tad-deskrizzjoni tad-disinn Komunitarju rreġistrat - Obbligu ta’ motivazzjoni - Sostituzzjoni ta’ parti fil-kawża”])

    (2017/C 249/34)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: Ball Beverage Packaging Europe Ltd (Luton, ir-Renju Unit), li ġiet ammessa biex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH (rappreżentant: A. Renck, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: S. Hanne, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Crown Hellas Can SA (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Coulson u J. Koepp, solicitors)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-8 ta’ Settembru 2014 (Każ R 1408/2012-3), fir-rigward ta’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Crown Hellas Can u Ball Europe.

    Dispożittiv

    1)

    Ball Beverage Packaging Europe Ltd hija ammessa sabiex tissostitwixxi lil Ball Europe GmbH bħala rikorrenti.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ball Beverage Packaging Europe hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli sostnuti minn Crown Hellas Can SA għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).


    (1)  ĠU C 89, 16.3.2015


    Top