EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0150

Kawża F-150/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs BEI

ĠU C 383, 17.10.2016, p. 30–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.10.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 383/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2015 – ZZ vs BEI

(Kawża F-150/15)

(2016/C 383/40)

Lingwa tal-kawża: l-Iżvediż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: E. Nordh, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ewropew għall-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-BEI li jiddikjaraw l-“eżenzjoni mis-servizz” tar-rikorrent u ta’ deċiżjonijiet oħra relatati ma’ din id-deċiżjoni, kif ukoll talba għal kumpens għad-danni morali u materjali allegatament subiti.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet tal-konvenut tat-13 ta’ April 2015, tat-12 ta’ Mejju 2015, tas-16 ta’ Ġunju 2015 u tal-20 ta’ Ottubru 2015 li jiddikjaraw l-“eżenzjoni mis-servizz” tar-rikorrent;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-18 ta’ Ġunju 2015 li jiġi bblokkat l-aċċess tar-rikorrent għas-sistema ta’ messaġġi elettronika u għall-konnessjonijiet informatiċi;

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut li ma jagħtix lir-rikorrent l-aċċess għar-rendikonti ta’ remunerazzjoni tiegħu u li neħħieh mil-lista ta’ membri tal-persunal tiegħu;

tikkundanna lill-konvenut li jħallas is-somma ta’ EUR 950 000 bħala kumpens tad-danni morali subiti mir-rikorrent minħabba dawn id-deċiżjonijiet kif ukoll minħabba n-nuqqasijiet tiegħu mid-dmir ta’ premura u ta’ ksur tal-garanziji proċedurali, somma ddeterminata flimkien mal-interessi;

tikkundanna lil konvenut għall-ispejjeż.


Top