EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0016

Kawża F-16/15: Rikors ippreżentat fit- 30 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

ĠU C 96, 23.3.2015, p. 27–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 96/27


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/15)

(2015/C 096/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament ta’ deċiżjonijiet li jibdlu d-deskrizzjoni tat-tip ta’ xogħol tar-rikorrenti fl-applikazzjoni-sysper 2 u li ma jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST 10 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni għas-sena 2014.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

tikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tal-Istatut u l-Anness I, kif ukoll miżuri tranżitorji li għandhom x’jaqsmu magħhom;

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl ta’ promozzjoni tar-rikorrenti li jinsab fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;

tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-14 ta’ April 2014, li jinbidel il-fajl tar-rikorrenti kontenut fis-sistema “Sysper 2” bl-iskop li timblokka kull possibilità dwar il-promozzjoni tagħhom;

tannulla d-deċiżjoni sussegwenti tal-Awtorità tal-Ħatra, notifikata fl-24 ta’ Ġunju 2014, li jitniżżlux fil-lista tal-uffiċjali proposti għall-promozzjoni għall-grad AST10, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni għas-sena 2014 kif previst mill-Artikolu 45 tal-Istatut.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


Top