This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FN0014
Case F-14/15: Action brought on 26 January 2015 — ZZ and Others v Commission
Kawża F-14/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża F-14/15: Rikors ippreżentat fis- 26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 89, 16.3.2015, p. 50–51
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 89/50 |
Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Jannar 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża F-14/15)
(2015/C 089/63)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
Annullament tad-deċiżjonijiet li jistabbilixxu d-drittijiet tar-rikorrenti għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar skont l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1024/2013 tal-Parlament u tal-Kunsill, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal u tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg.
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara l-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal illegali u inapplikabbli; |
— |
tannulla d-deċiżjonijiet jistabbilixxu l-ammont għar-rimbors tal-ispejjeż għall-ivvjaġġar annwali mogħti lir-rikorrenti għas-sena 2004; |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |