Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015FN0003

    Kawża F-3/15: Rikors ippreżentat fid- 9 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    ĠU C 96, 23.3.2015, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.3.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 96/25


    Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Jannar 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni Ewropea

    (Kawża F-3/15)

    (2015/C 096/32)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

    Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jiċħdu t-talbiet tar-rikorrenti għar-rimbors ta’ parti mill-kontribuzzjonijiet għall-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni Ewropea li tnaqqsu mir-remunerazzjoni tagħhom kif ukoll it-talba għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-akkreditazzjoni relatata mat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz lejn l-iskema tal-Unjoni Ewropea.

    Talbiet tar-rikorrenti

    tiddikkjara inapplikabbli l-Artikolu 22 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni fis-seħħ sa mill-1 ta’ Novembru 2014;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestati;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top