This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015FA0094
Case F-94/15: Judgment of the Civil Service Tribunal (2nd Chamber) of 11 April 2016 — Wolff v EEAS (Civil service — EEAS staff — Staff Committee — Election of the Staff Committee members — Validity — Fifth paragraph of Article 1 of Annex II to the Staff Regulations — EEAS electoral regulations — First ballot — Quorum not attained — Extension of the polling period — Supplementary extension of the polling period — Failure to organise a second ballot — Unlawfulness)
Kawża F-94/15: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE (Servizz pubbliku — Membri tal-persunal tas-SEAE — Kumitat tal-Persunal — Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal — Validità — Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament elettorali tas-SEAE — L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni — Assenza ta’ quorum — Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni — Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni — Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni — Illegalità)

ĠU C 191, 30.5.2016, p. 49–50
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.5.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 191/49 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ April 2016 – Wolff vs SEAE
(Kawża F-94/15) (1)
((Servizz pubbliku - Membri tal-persunal tas-SEAE - Kumitat tal-Persunal - Elezzjoni tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal - Validità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 1 tal-Anness II tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament elettorali tas-SEAE - L-ewwel sensiela ta’ votazzjoni - Assenza ta’ quorum - Estensjoni tal-perijodu ta’ votazzjoni - Estenzjoni supplimentari tal-perijodu ta’ votazzjoni - Assenza ta’ organizzazzjoni tat-tieni sensiela ta’ votazzjoni - Illegalità))
(2016/C 191/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Oren Wolff (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)
Konvenuti: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment M. Silva u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, finalment G.-J. van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti, M. Troncoso Ferrer, F.-M. Hislaire u S. Moya Izquierdo, avukati)
Suġġett tal-kawża
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet tal-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tat-23 ta’ April 2015 li permezz tagħha s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna ċaħad it-talba ta’ Oren Wolff sabiex jiġi invalidat ir-riżultat tal-elezzjonijiet tal-membri tal-Kumitat tal-Persunal hija annullata. |
2) |
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż esposti minn Oren Wolff. |