This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62015CO0281
Order of the Court (First Chamber) of 12 May 2016.#Soha Sahyouni v Raja Mamisch.#Request for a preliminary ruling from the Oberlandesgericht München.#Reference for a preliminary ruling — Article 53(2) of the Rules of Procedure of the Court — Judicial cooperation in civil matters — Regulation (EU) No 1259/2010 — Scope — Recognition of a private divorce pronounced by a religious court in a third country — Manifest lack of jurisdiction of the Court.#Case C-281/15.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016.
Soha Sahyouni vs Raja Mamisch.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kamp ta’ applikazzjoni - Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Kawża C-281/15.
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-12 ta’ Mejju 2016.
Soha Sahyouni vs Raja Mamisch.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht München.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1259/2010 - Kamp ta’ applikazzjoni - Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.
Kawża C-281/15.
Court reports – general
ECLI identifier: ECLI:EU:C:2016:343
DIGRIET TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla)
12 ta’ Mejju 2016 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (UE) Nru 1259/2010 — Kamp ta’ applikazzjoni — Rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju privat mogħtija minn korp reliġjuż fi Stat terz — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja”
Fil-Kawża C‑281/15,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München, il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2015, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-11 ta’ Ġunju 2015, fil-proċedura
Soha Sahyouni
vs
Raja Mamisch,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),
komposta minn R. Silva de Lapuerta (Relatur), President ta’ Awla, A. Arabadjiev, J.-C. Bonichot, C. G. Fernlund u S. Rodin, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għall-Gvern Ġermaniż, minn T. Henze u J. Mentgen, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Belġjan, minn C. Pochet u L. Van den Broeck kif ukoll minn S. Vanrie, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas u F.‑X. Bréchot, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn M. Fehér, G. Koós u M. Bóra, bħala aġenti, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn M. Wilderspin, bħala aġent, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li tagħti deċiżjoni permezz ta’ digriet motivat, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja,
tagħti l-preżenti
Digriet
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tar- Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1259/2010 tal-20 ta’ Diċembru 2010 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-liġi applikabbli għad-divorzju u għas-separazzjoni legali (ĠU 2010, L 343, p. 10). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ tilwima bejn Soha Sahyouni u Raja Mamisch dwar proċedura ġudizzjarja ta’ rikonoxximent ta’ deċiżjoni fi kwistjoni matrimonjali adottata minn korp reliġjuż fi Stat terz. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
L-Artikolu 1(1) tar-Regolament Nru 1259/2010 jipprevedi li dan japplika “f’sitwazzjonijiet li jinvolvu konflitt ta’ liġijiet, għad-divorzju u għas-separazzjoni legali”. |
4 |
L-Artikolu 8 tal-istess regolament huwa redatt kif ġej: “Fin-nuqqas ta’ għażla [...], id-divorzju u s-separazzjoni legali għandhom ikunu suġġetti għal-liġi tal-Istat:
|
5 |
Skont l-Artikolu 1(1)(a), tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 tas‑27 ta’ Novembru 2003 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19 Vol. 6, p. 243), dan japplika, tkun xi tkun in-natura tal-qorti jew tribunal, għad-divorzju, is-separazzjoni legali jew l-annullament taż-żwieġ. |
6 |
L-Artikolu 2 tal-imsemmi regolament jipprevedi: “Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament: [...]
[...]” |
7 |
Skont l-Artikolu 21(1) tal-istess regolament, id-deċiżjonijiet mogħtija fi Stat Membru għandhom ikunu rikonoxxuti fl-Istati Membri l-oħra mingħajr ma tkun meħtieġa ebda proċedura. |
Id-dritt Ġermaniż
8 |
Il-Gesetz über das Verfahren in Familiensachen und in den Angelegenheiten der freiwilligen Gerichtsbarkeit (Liġi dwar il-proċedura fi kwistjoni ta’ kawżi tal-familja u ta’ ġurisdizzjoni volontarja) jipprevedi dan li ġej: “ Artikolu 107 Rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet barranin fi kwistjonijiet matrimonjali (1) Id-deċiżjonijiet barranin li permezz tagħhom żwieġ jiġi annullat, [...] jiġu rrikonoxxuti biss jekk l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-Land tkun ikkonstatat li l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent huma ssodisfatti. Jekk qorti jew awtorità ta’ Stat li tiegħu iż-żewġ konjuġi jkunu ċittadini fid-data li fiha tingħata d-deċiżjoni, ir-rikonoxximent ma jiddependix fuq konstatazzjoni tal-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-Land. (2) L-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-Land li fiha jirresjedi abitwalment wieħed mill-konjuġi għandha ġurisdizzjoni. [...] (3) il-gvernijiet tal-Länder jistgħu jiddelegaw, permezz ta’ leġiżlazzjoni, is-setgħat mogħtija minn dawn id-dispożizzjonijiet lill-amministrazzjonijiet tal-ġustizzja tal-Länder lil wieħed jew iktar mill-presidenti tal-Oberlandesgericht. [...] (4) Id-deċiżjoni tittieħed fuq talba. It-talba tista’ titressaq minn kull min jipprova li għandu interess ġuridiku fir-rikonoxximent. [...] (6) Jekk l-amministrazzjoni tal-Land tikkonstata li l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent huma ssodisfatti, il-konjuġi li ma jkunx ressaq it-talba jista’ jitlob lill-Oberlandesgericht li jiddeċiedi. [...] (7) l-awla ċivili tal-Oberlandesgericht li fiha l-amministrazzjoni tal-ġustizzja tal-Land għandha s-sede tagħha, għandha ġurisdizzjoni. [...] (8) id-dispożizzjoni kollha preċedenti huma applikabbli mutatis mutandis meta ssir talba għal konstatazzjoni li l-kundizzjonijiet tar-rikonoxximent ġewx issodisfatti. [...] l-Artikolu 109. Esklużjonijiet ta’ rikonoxximent 1) Ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni barranija tiġi eskluża,
[...]
[...]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
9 |
Fis-27 ta’ Mejju 1999, R.Mamisch u S. Sahyouni żżewġu fi ħdan il-qorti Iżlamika ta’ Homs (is-Sirja). R. Mamisch huwa, minn twelidu, ta’ nazzjonalità Sirjana. Matul is-sena 1977, huwa kiseb nazzjonalità Ġermaniża permezz ta’ naturalizzazzjoni. Minn din is-sena huwa għandu dawn iż-żewġ nazzjonalitajiet. S. Sahyouni hija, minn twelidha, ta’ nazzjonalità Sirjana. Hija kisbet in-nazzjonalità Ġermaniża wara ż-żwieġ. |
10 |
Sal-2003, il-konjuġi kienu jgħidu fil-Ġermanja, sussegwentement huma marru joqogħdu f’Homs. Fis-sajf tal-2011, minħabba l-gwerra ċivili fis-Sirja, huma reġgħu lura għal perijodu qasir fil-Germanja, sussegwentement huma għexu minn Frar tal-2012, alternattivament, fil-Kuwajt u fil-Libanu. Matul dan il-perijodu huma għexu wkoll ripetutament fis-Sirja. fil-preżent, iż-żewġ partijiet fil-kawża prinċipali jgħixu mill-ġdid, f’residenzi differenti, fil-Ġermanja. |
11 |
Fid-19 ta’ Mejju 2013, R. Mamisch iddikjara li jrid jiddivorzja mill-konjuġi tiegħu, billi l-avukat tiegħu ppreżenta l-formula ta’ divorzju quddiem il-qorti reliġjuża tax-Xarija ta’ Latakia (is-Sirja). Fl-20 ta’ Mejju 2013, din il-qorti kkonstatat id-divorzju taż-żewġ konjuġi. |
12 |
Fit-30 ta’ Ottubru 2013, R. Mamisch talab ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ divorzju deċiża fis-Sirja. Permezz ta’ deċiżjoni tal-5 ta’ Novembru 2013, il-President tal-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München) laqa’ din it-talba, billi kkonstata li l-kundizzjonijiet legali tar-rikonoxximent ta’ din id-deċiżjoni ta’ divorzju huma ssodisfatti. |
13 |
Fit-18 ta’ Frar 2014, S. Sahyouni talbet l-annullament tal-imsemmija deċiżjoni u talbet li jiġi deċiż li l-kundizzjonijiet ta’ rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ divorzju inkwistjoni ma humiex issodisfatti. |
14 |
Permezz ta’ deċiżjoni tat-8 ta’ April 2014, il-president tal-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München) ċaħad it-talba ta’ S. Sahyouni. Fl-imsemmija deċiżjoni, ġie enfasizzat li r-rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ divorzju ma hijiex irregolata mir-Regolament Nru 1259/2010, li japplika wkoll għal divorzju privat. Fl-assenza ta’ għażla valida tal-liġi applikabbli u ta’ residenza abitwali komuni tal-konjuġi matul is-sena preċedenti għad-divorzju, il-liġi applikabbli tiġi ddeterminata skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8(c) tal-imsemmi regolament. Meta ż-żewġ konjuġi jkollhom nazzjonalità doppja, dik li tkun determinanti hija n-nazzjonalità effettiva skont id-dritt nazzjonali. Din kienet fil-mument tad-divorzju inkwistjoni, in-nazzjonalità Sirjana. Ġie rrilevat ukoll li l-ordni pubbliku skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1259/2010 ma jostakolax ir-rikonoxximent tad-deċiżjoni ta’ divorzju inkwistjoni. |
15 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
16 |
Skont l-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma jkollhiex ġurisdizzjoni sabiex tieħu konjizzjoni ta’ kawża jew meta talba jew rikors ikunu manifestament inammissibbli, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’kull ħin u wara li jinstema’ l-Avukat Ġenerali, tiddeċiedi permezz ta’ digriet motivat, mingħajr ma tkompli l-proċedura. |
17 |
Hemm lok li din id-dispożizzjoni tiġi applikata f’din il-kawża. |
18 |
Preliminarjament, għandu jiġi kkonstatat, li l-qorti tar-rinviju ma ġietx adita b’talba ta’ divorzju, iżda b’talba għal rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju li ġiet deċiża minn awtorità reliġjuża fi Stat terz. |
19 |
Għandu jiġi osservat ukoll li jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikoli 1 u 8 tar-Regolament Nru 1259/2010 li din tal-aħħar, hija s-suġġett ta’ domandi preliminari, tiddetermina biss li r-regoli ta’ kunflitt ta’ liġijiet applikabbli fil-qasam tad-divorzju u tas-separazzjoni legali, iżda ma tirregolax ir-rikonoxximent, fi Stat Membru, ta’ deċiżjoni ta’ divorzju li diġà ġiet mogħtija. |
20 |
Min-naħa l-oħra, huwa r-Regolament Nru 2201/2003 li jiddeċiedi, b’mod partikolari, ir-regoli fil-qasam ta’ rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet fil-qasam matrimonjali. Madankollu, ma huwiex applikabbli għal tali deċiżjonijiet mogħtija fi Stat terz. |
21 |
Fil-fatt, konformement għall-Artikolu 2(4) tiegħu u għall-Artikolu 21(1) tiegħu, l-imsemmi regolament jillimita lilu nnifsu għar-rikonoxximent ta’ deċiżjonijiet mogħtija minn qorti ta’ Stat Membru. |
22 |
Peress li r-Regolament Nru 2201/2003 japplika biss bejn l-Istati membri, ir-rikonoxximent ta’ deċiżjoni ta’ divorzju mogħtija fi Stat terz ma taqax taħt id-dritt tal-Unjoni. |
23 |
Minn dan isegwi li la d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1259/2010, invokati mill-qorti tar-rinviju, u lanqas dawk tar-Regolament Nru 2201/2003, u lanqas ebda att legali tal-Unjoni ieħor ma huma applikabbli għall-kawża prinċipali. |
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, tqum il-kwistjoni ta’ jekk, minkejja l-fatt li l-kawża prinċipali taqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija madankollu sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula. |
25 |
F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-punti 36 u 37 tas-sentenza tagħha tat‑18 ta’ Ottubru 1990, Dzodzi(C‑297/88 u C‑197/89, EU:C:1990:360), iddeċidiet li l-awturi tat-Trattat FUE ma kellhomx l-intenzjoni li jeskludu l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja li tieħu konjizzjoni tar-rinviji preliminari li jirrigwardaw dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni fil-każ partikolari fejn id-dritt nazzjonali ta’ Stat Membru jirreferi għall-kontenut ta’ din id-dispożizzjoni sabiex jiddetermina r-regoli applikabbli għal sitwazzjoni purament interna ta’ dan l-Istat, u li, kuntrarjament, li jeżisti, għall-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, interess manifest li, sabiex jiġu evitati diverġenzi ta’ interpretazzjoni futuri, kull dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni tirċievi interpretazzjoni uniformi, irrispettivament mill-kundizzjonijiet li fihom hija ser tiġi applikata. |
26 |
F’ġurisprudenza sussegwenti, il-Qorti tal-Ġustizzja, iddikjarat li għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi fuq it-talbiet għal deċiżjoni preliminari dwar id-dispożizzjonijiet ta’ att tal-Unjoni fis-sitwazzjonijiet li fihom l-fatti fil-kawża prinċipali jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-att, iżda li fihom l-imsemmija dispożizzjonijiet saru applikabbli permezz tad-dritt nazzjonali minħabba riferiment magħmul minn dan tal-aħħar għall-kontenut tagħhom. (ara, notamment, is-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan, C‑583/10, EU:C:2012:638, punt 45 u l-ġurisprudenza ċċitata). Għalhekk, meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma, għal soluzzjonijiet meta leġiżlazzjoni nazzjonali tikkonforma lilha nnifisha, fir-rigward tas-soluzzjonijiet li hija tadotta għal sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-att tal-Unjoni kkonċernat, ma’ dawk adottati minn dan l-att, jeżisti interess ċert tal-Unjoni sabiex, jiġu evitati diverġenzi ta’ interpretazzjoni futuri, id-dispożizzjonijiet li għalihom jirreferi għalihom l-imsemmi att jiġu interpretati uniformement (ara s-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan, C‑583/10, EU:C:2012:638, punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
27 |
Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li interpretazzjoni, minnha, ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni f’sitwazzjonijiet li ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar hija ġġustifikata meta dawn id-dispożizzjonijiet ikunu saru applikabbli għal tali sitwazzjonijiet permezz tad-dritt nazzjonali b’mod dirett u mhux kundizzjonali, bil-għan li jiġi żgurat trattament identiku għal dawn is-sitwazzjonijiet u għal dawk li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja, imsejħa li tivverifika jekk jeżistux biżżejjed indikazzjonijiet preċiżi sabiex tkun tista’ tistabbilixxi dan ir-riferiment għad-dritt tal-Unjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-18 ta’ Ottubru 2012, Nolan, C‑583/10, EU:C:2012:638, punti 47 u 48). |
28 |
Madankollu, minkejja li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, f’dawn iċ-ċirkustanzi, twettaq l-interpretazzjoni invokata, ma huwiex kompitu tagħha li tieħu tali inizjattiva jekk ma jirriżultax mid-deċiżjoni preliminari li l-qorti tar-rinviju għandha effettivament tali obbligu (ara d-digriet tat-30 ta’ Jannar 2014, C., C‑122/13, EU:C:2014:59, punt 15). |
29 |
Fil-fatt, huwa biss fuq il-bażi tal-kjarifiki pprovduti mill-qorti nazzjonali fid-deċiżjoni tagħha tar-rinviju li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddetermina jekk għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi mressqa quddiemha. |
30 |
F’dan il-każ, id-deċiżjoni tar-rinviju ma fiha ebda prova li tista’ tistabbilixxi l-ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja abbażi tal-ġurisprudenza msemmija fil-punti 25 sa 27 ta’ dan id-digriet, peress li l-qorti nazzjonali tinserixxi lilha nnifisha fl-ipoteżi tal-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1259/2010 għall-fatti fil-kawża prinċipali u tillimita lilha nnifisha li tiddikjara li l-“president tal-Oberlandesgericht München [qorti reġjonali superjuri ta’ München] espona li n-natura rikonoxxibbli tad-deċiżjoni kkontestata hija rregolata mir-Regolament [Nru 1259/2010] li japplika wkoll għad-“divorzji privati”. |
31 |
L-ebda indikazzjoni oħra ma hija pprovduta mill-qorti tar-rinviju sabiex tiġi stabbilita l-applikabbiltà tar-Regolament Nru 1259/2010 jew dispożizzjonijiet oħra tad-dritt tal-Unjoni għall-fatti fil-kawża prinċipali. |
32 |
Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-qorti tar-rinviju tippreżerva l-fakultà tagħha li tressaq talba ġdida għal deċiżjoni preliminari meta hija tkun f’qagħda li tipprovdi lill-Qorti tal-Ġustizzja l-provi kollha li jippermettulha li tiddeċiedi (ara, f’dan is-sens, id-digrieti tal-14 ta’ Marzu 2013, EBS Le Relais Nord-Pas-de-Calais, C‑240/12, mhux ippubblikat, EU:C:2013:173, punt 22 ; tat-18 ta’ April 2013, Adiamix, C‑368/12, mhux ippubblikat, EU:C:2013:257, punt 35, kif ukoll tal-5 ta’ Novembru 2014, Hunland-Trade, C‑356/14, mhux ippubblikat, EU:C:2014:2340, punt 24). 33 F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat, abbażi tal-Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura, li l-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München). |
Fuq l-ispejjeż
34 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tordna: |
Il-Qorti tal-Ġustizzja manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mill-Oberlandesgericht München (qorti reġjonali superjuri ta’ München, il-Ġermanja) permezz tad-deċiżjoni tat-2 ta’ Ġunju 2015. |
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.