Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0690

    Kawża C-690/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Douai (Franza) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics

    ĠU C 98, 14.3.2016, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 98/21


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Douai (Franza) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – Wenceslas de Lobkowicz vs Ministère des Finances et des Comptes publics

    (Kawża C-690/15)

    (2016/C 098/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour administrative d’appel de Douai

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Wenceslas de Lobkowicz.

    Konvenut: Ministère des Finances et des Comptes publics.

    Domanda preliminari

    Prinċipju tad-dritt tal-Unjoni jipprekludi li uffiċjal tal-Kummissjoni Ewropea jiġi suġġett għall-kontribuzzjoni soċjali ġenerali, għall-imposta soċjali u għall-kontribuzzjonijiet addizzjonali għal din l-imposta, bir-rati ta’ 0,3 % u ta’ 1,1 %, fuq dħul min immobbli miksub fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea?


    Top