Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0689

    Kawża C-689/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH u Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse

    ĠU C 118, 4.4.2016, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    4.4.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 118/8


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Diċembru 2015 – W. F. Gözze Frottierweberei GmbH u Wolfgang Gözze vs Verein Bremer Baumwollbörse

    (Kawża C-689/15)

    (2016/C 118/09)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberlandesgerichts Düsseldorf

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: W. F. Gözze Frottierweberei GmbH, Wolfgang Gözze

    Konvenuta: Verein Bremer Baumwollbörse

    Domandi preliminari

    1)

    L-użu, bħala tikketta ta’ kwalità, ta’ trade mark individwali jista’ jitqies li huwa użu bħala trade mark fis-sens tal-Artikoli 9(1) u 15(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (1) fir-rigward tal-prodotti li għalihom tintuża din it-tikketta?

    2)

    F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: għandha, konformement mad-dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 52(1)(a) u 7(1)(g) jew ma’ applikazzjoni mutatis mutandis tal-Artikolu 73(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja, tiġi ddikjarata r-revoka ta’ tali trade mark meta l-proprjetarju tat-trade mark ma jiżgurax, permezz ta’ kontrolli ta’ kwalità regolari fost il-persuni liċenzjati minnu, il-konformità mal-aspettattivi fir-rigward tal-kwalità li l-pubbliku jassoċja ma’ dan is-sinjal?


    (1)  ĠU L 78, p. 1


    Top