Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CN0669

    Kawża C-669/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Electricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

    ĠU C 78, 29.2.2016, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.2.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 78/5


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d’appel de Versailles (Franza) fl-14 ta’ Diċembru 2015 – Electricité Réseau Distribution France SA (ERDF) vs Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

    (Kawża C-669/15)

    (2016/C 078/06)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Qorti tar-rinviju

    Cour d’appel de Versailles

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Electricité Réseau Distribution France SA (ERDF)

    Konvenuti: Axa Corporate Solutions SA, Ombrière Le Bosc SAS

    Domanda preliminari

    Id-digrieti tal-10 ta’ Lulju 2006 u tat-12 ta’ Jannar 2010, implementati skont id-Digriet 2000-1196, tas-6 ta’ Diċembru 2000, u skont id-Digriet 2001-410, tal-10 ta’ Mejju 2001, li min-naħa tagħhom ġew implementati skont il-Liġi 2000-108, tal-10 ta’ Frar 2000, huma kuntrarji għall-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li qabel kienu l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-Komunità Ewropea), sa fejn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat, li, jekk dan huwa l-każ, peress li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 108 tal-imsemmi trattat, taffettwa l-legalità tagħhom?


    Top